Jagħtih ħass ħażin u jaqa’ huwa u jaħdem fuq tromba ta’ bejt f’Birkirkara

Raġel mill-Għana ta’ 36 sena ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li tah ħass ħażin u waqa’ huwa u jagħmel xi xogħol fuq bejt ta’ residenza.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3 p.m. x’ħin skont informazzjoni li ġbarna minn fuq il-post, jidher li l-ħaddiem li kien qed jaħdem fuq it-tromba tal-bejt, ħassu ħażin u waqa’.

Fuq il-post fi Triq Louis V Farrugia f’Birkirkara, marret ambulanza u anki l-membri mid-Dipartimen tal-Protezzjoni Ċivili.

Aktar dettalji kif jaslulna.