Barranin
Jagħtuha rigal wara li welldet fuq xarabank fi Franza

Tarbija li twieldet abbord xarabank fi Franza se tgawdi minn vjaġġi b’xejn sakemm tagħlaq 18-il sena.

Il-kumpanija li topera x-xarabank, Flixbus, fuq il-midja soċjali qalet li t-tarbija, li hija tifla u ssemmiet Zenep, twieldet fit-8 ta’ Mejju li għadda f’dak li huwa l-ewwel episodju tax-xorta tiegħu għal din il-kumpanija.

Intqal li l-omm kienet qed tivjaġġa bix-xarabank minn Barċellona għall-Brussel, meta f’ħin bla waqt infaqgħalha l-ilma. Dak il-ħin ix-xarabank kienet waslet fi Franza, bejn Pariġi u Lille.

Meta x-xufier induna li l-mara qegħda fil-ħlas, waqqaf ix-xarabank u ċempel l-emerġenza, li marru jassistu lill-mara. Wara t-twelid, l-omm u t-tarbija ttieħdu fl-eqreb sptar, u t-tnejn jinsabu tajbin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit telgħu għal tmienja l-politiċi s’issa, li daħlu fit-tellieqa biex jieħdu post Theresa May bħala Mexxej tal-Partit Konservattiv wara li ħabbret li se tirriżenja fi żmien ġimagħtejn oħra. Il-mexxej…

Barranin

21 stat membru tal-Unjoni Ewropea llum qed jivvotaw biex jeleġġu l-ewroparlamentari li se jirrapreżentaw lill-pajjiżhom fil-Parlament Ewropew. Il-Ħamis ivvutaw l-Olanda u r-Renju Unit li kellu jipparteċipa f’dawn l-elezzjonijiet minħabba li…

Barranin

Fir-Renju Unit bdiet it-tellieqa għall-mexxej tal-Partit Konservattiv li jmiss, wara li lbieraħ, Theresa May ħabbret li se tirriżenja x-xahar id-dieħel. Din l-elezzjoni mhux se tirriżulta biss f’mexxej ġdid tal-partit, imma…

Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Aktar