Lokali
Jagħtuk kafè b’xejn jekk tiġbor il-ħmieġ mit-triq

Permezz ta’ inizjattiva mhux tas-soltu wieħed jista’ jakkwista kafè u fl-istess waqt jagħmel azzjoni tajba.

Gabbana fil-Mosta, li tbigħ il-kafè u l-ikel organiku, qed toffri kafè b’xejn lil kull min jimla barmil biż-żibel li jkun mormi fit-triq. Għal din il-biċċa xogħol il-gabbana tagħtik ukoll par ingwanti.

Annelise, is-sid ta’ Ann’s Vann, hija l-moħħ wara din l-inizjattiva. F’kumment lil TVM, Annelise qalet li ddeċidiet li toffri kafè bla ħlas biex tinkoraġġixxi lin-nies inaddfu l-ħmieġ li jkerrah pajjiżna. “Kull qatra tgħodd,” sostniet Annelise.

Annelise qaltlilna li l-gabbana tagħha se tibqa’ armata fejn il-Lidl tal-Mosta sal-aħħar t’April.

Intant, is-sid tal-ħanut fin-Naxxar li jimporta l-kafè offrut f’din il-gabbana, qal li l-inizjattiva ta’ Ann’s Van hija waħda indipendenti, iżda xorta waħda jappoġġja azzjonijiet pożittivi bħal dawn.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Malti ta’ 19-il sena li kien jinsab miżmum arrestat ġewwa l-Lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, ipprova jweġġa’ lilu nnifsu. Il-każ seħħ illum fis-7pm.  Intervent immedjat tal-Pulizija waqqaf din l-azzjoni u r-raġel…

Lokali

San Ġiljan sebaħ nadif pupilla wara lejl ta’ divertiment f’Jum San Patrizju. Il-ħaddiema tat-tindif xkupaw 15-il tunnellata ta’ skart f’ħames sigħat. Ma’ sbieħ it-Tnejn filgħodu, il-Pjazza ta’ Spinola u toroq tal-madwar…

Kronaka

Lejn is-snin sittin tas-seklu sbatax, il-Berġa tal-Italja kienet imżejna b’dak li jissejjaħ la scala grande, it-taraġ il-kbir. Bl-interventi strutturali li sar fil-berġa tul is-snin il-preġju tat-taraġ intilef meta fost oħrajn…

Kultura

Aktar minn 500 mudell, xogħol membri ta’ waħda mill-għaqdiet lokali tal-mudelli, qed ikunu esebiti fil-Mużew Marittimu fil-Birgu. Il-wirja se tkun miftuħa għall-aħħar ġunrata, għada, jum ta’ btala pubblika. Mijiet ta’…

Aktar