Kurżitajiet
Jaħarqulek xagħrek biex ma tinħaraqlekx

Teknika ġdida kif il-parrukkiera jaqtgħu u anki jiżbgħu x-xagħar hija billi jagħtuha n-nar. Din il-prattika qed issir popolari fl-Indja u anki fir-Russja.

In-nar jitqabbad billi l-ewwel jitpoġġa trab apposta fuq xagħar niedi. Dan it-trab jipproteġi l-qurriegħa u fl-istess ħin iqabbad in-nar.

Il-parrukkiera li jużaw din it-teknika jgħidu li tgħin biex teqred xagħar dgħajjef u tnaqqas it-truf tax-xagħar maħruq.

Meta tkun qed tingħata ż-żebgħa, il-parrukkiera jgħidu li bin-nar il-proċess jitħaffef u l-kulur jiġi kkontrollat aħjar.

B’mod simili qed jingħataw ukoll trattamenti billi x-xagħar jitkebbeb fil-foil, u minflok steam jintuża n-nar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żewġt irġiel spiċċaw fl-idejn meta kienu abbord ajruplan tar-Ryanair f’titjira minn Prestwick fi Glasgow għal Tenerife. Filmati miġbuda minn passiġġiera li kienu fuq l-ajruplan juru raġel bid-demm ma’ wiċċu wara…

Ambjent

Balena li nġarret mejta mal-kurrent fil-Filippini xxokkjat lir-riċerkaturi meta sabu li fl-istonku tagħha kellha mal-40kg plastik. Il-ħaddiema ta’ D’Bone Collector Museum kitbu fuq Facebook li l-balena kellha l-istonku mimli plastik,…

Barranin

Tfajla li marret biex tiġbor iż-żarbun tat-tieġ sabet sorpriża kbira tistennieha. Meta marret biex tiġbor iż-żarbun, sabet li fil-qiegħ tiegħu kien hemm messaġġ miktub mingħand ommha. F’Diċembru, 2016, Emma Letts,…

Barranin

Il-Forzi tas-Sigurtà Olandiżi arrestaw Tork ta’ 37 sena suspettat li kien l-agressur fi sparatura fil-belt ta’ Utrecht, li ħalliet tliet persuni mejta u ħamsa oħra midruba. L-aggressur huwa raġel Tork…

Aktar