Barranin
Jaħkem maltemp qawwi fi Sqallija

Ir-riħ qawwi mix-Xlokk li qed jaħkem fi Sqallija kkawża xi ħsarat fis-soqfa u l-istrutturi tad-djar fost oħrajn f’Palermo u l-postijiet tad-dintorn.

B’xorti tajba ħadd ma ġie rrapurtat li weġġa’ iżda l-qawwa tar-riħ qaċċat diversi siġar u kkawża xi ħsarat anke fil-vetturi ta’ xi wħud.

B’kollox, il-protezzjoni ċivili kellhom ‘il fuq minn 100 telefonata titlobhom l-għajnuna speċjalment fiż-żoni ta’ Oreto u Messina Marine.

Il-maltemp ħoloq diffikultajiet għas-sewwieqa fit-toroq ewlenin, fil-linji ferrovjarji u sfratta wkoll is-settur u trasport marittimu b’mijiet ta’ turisti li kienu qed jivvjaġġaw bil-katamaran jew dgħajjes spiċċaw l-art.

Ara wkoll:

Il-Virtu Ferries tħassar il-vjaġġi kollha skedati għal-lum

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Koppja Franċiża tinsab f’baħar inkwiet wara li għamlu xi ħaġa li ħasbu ma kien fiha xejn ħażin waqt li kienu fuq btala fl-Italja. Il-koppja riedet iżżomm tifkira ta’ bajja partikolari…

Barranin

Illum, is-Senat Taljan mistenni jiltaqa’ aktar tard biex jiddiskuti l-futur tal-politika tal-pajjiż li bħalissa jinsab fi kriżi. Il-kriżi bejn il-partit Cinque Stelle mmexxi minn Luigi di Maio u tal-Lega, immexxi…

Barranin

Twitter u Facebook ħadu passi biex jimblokkaw dak li ddeskrivew bħala kampanja ta’ misinformazzjoni li għaddejja bl-appoġġ taċ-Ċina. Twitter qal li neħħa 936 account li qal kienu qed jintużaw biex…

Aktar