Settur Marittimu
Jaħsbuha jekk jgħerrqux il-vapur li nkalja fil-Qawra biex jitgawda mill-għaddasa

Wara li nkalja fi Ta’ Fra Ben, fil-Qawra fi Frar li għadda, il-bastiment Hephaestus jaf jerġa’ jkun attrazzjoni kif kien għal bosta fl-aħħar sitt xhur. TVM huwa infurmat li qed ikun ikkunsidrat li l-vapuri jiġi mgħerreq f’post madwar il-ġzejjer Maltin ħalli jkun ta’ attrazzjoni ġdida għall-għaddasa.

Il-ħsara kbira li ġarrab il-vapur Hephaestus b’tul ta’ sittin metru, ħarġet iktar fid-deher meta dan idaħħal fil-baċir tal-‘Cassar Marine Group’ f’lejlet il-Vitorja.

Anthony Cassar, minn ‘Cassar Marine Group’, il-kuntrattur li kien responsabbli biex jaqla’ t-tanker minn mal-blat u rmonkah lejn it-tarzna fil-Marsa, qal lil TVM li minħabba l-ħsarat kbar il-bastiment ħabbathom anki biex daħluh fil-baċir.

Is-Sur Cassar qal li l-vapur ma jistax jissewwa għax l-ispiża hija kbira u mhix vijabbli għas-sidien li jirranġawh. Madankollu qal li l-bastiment jista’ jerġa jispiċċa fil-baħar bħala attrazzjoni għall-għaddasa.

Huwa qal li l-bastiment fi żmien xahrejn, il-vapur ser ikun lest biex jiġi mgħarraq wara li jitnaddaf miż-żejt u jsiru xi tibdiliet żgħar għas-sigurtà tal-għaddasa.

“Irid jerġa’ jiġi mnaddaf, il-magni jkunu jridu jinqalgħulu, injam, ġabini bl-injam kollha jiġu maqlugħin u tkun trid tagħmillu sistema biex meta diver ikun qed jispezjonah ma jkollux xi problema li allaħares qatt jeħel f’xi kabina. Allura rridu nolterawh għal dik is-sistema, ikollu two entrances jiġifieri, li diver ma jkollux entratura waħda ikollu żewġ entrances biex jekk allaħares qatt minn fejn daħal ma jistax joħroġ, ikollu entratura minn fejn joħroġ” qal Anthony Cassar.

Is-Sur Cassar qal li l-alternattiva l-oħra għad-destin ta’ dan it-tanker hi li jinbiegħ għall-iscrap.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-bini ta’ blokok residenzjali f’San Vinċenz de Paul, fil-limiti ta’ Ħal Luqa. Dawn l-erba’ blokok residenzjali mistennija jakkomodaw mal-490 resident. Il-proġett huwa mifrux fuq 16,500 metru kwadru…

Teknoloġija

Il-Kap Eżekuttiv tal-GO, Nikhil Patil, qal li kważi wasal nofs triq l-investiment ta’ €100 miljun li l-kumpanija qed tagħmel f’sistema ta’ fibre optic cable għas-servizzi tagħha. Huwa qal li dal-proġett…

Lokali

Wara li lbieraħ filgħaxija ġġarraf bini fi Gwardamanġa, Transport Malta qalet li qed tissospendi t-testijiet tat-teorija minħabba li l-uffiċċju fejn isiru dawn it-testijiet huwa parti minn din il-binja li ġġarfet….

Lokali

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Knisja organizzat laqgħa ta’ djalogu ma’ rappreżentanti tal-partiti politiċi dwar il-politika li għandu jħaddan il-Parlament Ewropew fil-leġislatura li jmiss. Il-Kummissjoni għażlet it-tema ‘Naġġustaw l-Ewropa għall-Ġid Komuni’…

Aktar