Lokali
Jake Vella u Fabio Spiteri se jgħumu biex jiġbru flus għall-klieb abbandunati

Jake Vella u l-kowċ tiegħu Fabio Spiteri se jkunu qed jgħumu mill-gżejjer ta’ San Pawl sa Buġibba. Huma se jgħumu mal-1.7km f’Settembru li ġej. L-għawma se ssir biex jinġabru donazzjonijiet għall-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati.

Jake Vella jbati minn kundizzjoni rari ħafna, magħrufa bħala Rohhadnet Syndrome. Huwa ispirazzjoni għal ħafna nies. Sa minn mindu kellu ħames snin, il-ġenituri ta’ Jake skoprew li binhom għandu kundizzjoni li biha jiżdied fil-piż anki jekk id-dieta tiegħu hija bbilanċjata u kif suppost. F’Malta huwa biss Jake li għandu din il-kundizzjoni. Iżda xejn ma jaqta’ qalb Jake li jibqa’ jippersevera fl-isport u fit-triathlon.

Min-naħa tiegħu, Fabio Spiteri, atleta tat-Triathlon kiser ir-rekord tiegħu stess meta ġera, għum u qadef bir-rota f’Malta u f’Għawdex.

Gepostet von Jake Vella am Mittwoch, 14. August 2019

Ara wkoll:

Jikser rekord wara ġirja, għawma u qadfa bir-rota

“Kien l-isport li salvali ħajti” – Jake Vella ambaxxatur ta’ Summer on the Move

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Wara l-mewt traġika ta’ Jean Paul Bonnett kawża ta’ xokk elettriku waqt li kien qed jaħdem fuq karru għall-karnival, tħassru l-attivitajiet tal-karnival li kellhom isiru fi tmiem il-ġimgħa. Il-Ministeru għall-Ġustizzja,…

Lokali

Aktar minn għaxar kumpaniji Maltin li jipproduċu l-logħob diġitali u mis-settur tal-e-sports qed jirriklamaw is-servizzi tagħhom fl-akbar fiera Ewropea tal-video games u e-sports – f’Gamescom fil-Ġermanja. Din hija t-tieni darba…

Parlament

Wara li lbieraħ tħabbret il-mewt ta’ Paul Muscat Terribile, kienu bosta dawk li esprimew sogħba għall-aħbar u sellmu l-memorja tiegħu. Fosthom l-Ispeaker Anġlu Farrugia f’isem il-Parlament, li fakkar fil-kontribut ta’…

Qorti

Sentenza sospiża għal Jordan Azzopardi wara li ammetta akkużi li rċieva apparat elettroniku misruq b’valur ta’ €32,000 bi tpartit mad-droga. Iż-żagħżugħ ta’ 30 sena madankollu għadu miżmum il-ħabs fuq proċeduri…

Aktar