Lokali
Jakkuża lill-gvernijiet Laburisti u Nazzjonalisti li abbużaw mill-poter biex iħammġuh

Il-kap tal-Partit Imperium Europa, Norman Lowell akkuża lill-gvernijiet laburisti u nazzjonalisti li abbużaw mill-poteri sabiex iħammġuh.

Stqarr li huwa dejjem qal dak li ħaseb, u dejjem tkellem għall-ġid ta’ Malta u tal-Maltin. Il-Kap tal-Imperium Ewropa qal li l-gvern m’għandu ebda soluzzjoni għall-immigrazzjoni llegali.

Is-sur Lowell allega li l-Partit Nazzjonalista huwa magħmul minn fazzjonijiet ta’ NGOs u dak li sejjah bħala, aġendisti, opportunisti u inkompetenti li qal qed jħammġu isem Malta, u jiddefendu l-ħidma favur it-traffikar tal-immigranti.

Dwar il-Partit Laburista, is-sur Lowell qal li dan huwa partit f’kunflitt ta’ kuxjenza, fil-battalja kontinwa bejn l-interess nazzjonali u l-impożizzjonijiet tal-NGOs li bl-għajnuna tagħhom allega li qed jgħinu lit-traffikanti tan-nies.

L-istqarrija tal-Imperium Europa tagħmel insinwazzjonijiet u attakki oħra ta’ istituzzjonijiet oħra iżda l-PBS xandar dawn is-siltiet minnha fuq direzzjoni tal-Awtorità tax-Xandir.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Knisja f’Malta tfakkar fl-importanza li jiġu osservati l-miżuri ta’ prevenzjoni ta’ tixrid tal-imxija tal-COVID-19. Fi stqarrija qalet li filwaqt li jibqgħu japplikaw il-miżuri tad-distanza soċjali, it-teħid tat-temperatura u miżuri oħra, kull min…

Lokali

Bosta għaqdiet tal-annimali bbenefikaw minn madwar €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt ‘A Night at the Palace’. Waqt il-preżentazzjoni tad-donazzjonijiet lill-għaqdiet tal-annimali, il-mara tal-Prim Ministru Dr Lydia Abela qalet li hija…

Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Aktar