Kurżitajiet
“J’Alla dan il-virus jgħaddi malajr u nerġgħu nibdew niltaqgħu!”

Fil-Jum Dinji għad-Down Syndrome, żgħażagħ li jattendu ċ-ċentru tal-Aġenzija Żgħażagħ f’Santa Venera xtaqu jibgħatu messaġġ b’leħen wieħed minkejja li bħalissa jinsabu ’l bogħod minn xulxin.

Żgħażagħ bid-Down Syndrome tkellmu dwar il-passatempi tagħhom, li bħalissa qed ikollhom iktar ċans għalihom minħabba li jinsabu magħluqa d-dar.

Minkejja dan, xorta qed jimmisjaw lil xulxin, b’Justin jesprimi t-tama li ma jdumx ma jgħaddi kollox ħalli jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jiltaqgħu mill-ġdid.

https://www.facebook.com/agenzijazghazagh/videos/232832377894220/

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Diversi żoni f’Malta illejla intfew, bil-għan li nsalvaw l-enerġija. Din l-inizjattiva, li hija waħda favur l-ambjent, kienet mifruxa mad-dinja, u ingħatat l-isem ta’ Earth Hour. F’Malta saret mill-NGO Żibel, u…

COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

Aktar