Lokali
Jallegaw li rapport tal-FBI dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ntbagħat lil kumpanija Amerikana

Il-Prosekuzzjoni fil-każ tat-tliet irġiel mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia allegat fil-qorti li r-rapport tal-FBI li jinsab fil-kumpilazzjoni tax-xhieda spiċċa għand kumpanija Amerikana bi ksur tal-liġi.

Id-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia informa lill-Qorti li l-avukat William Cuschieri, li qed jidher għall-aħwa George u Alfred Degiorgio bagħat ir-rapport tal-FBI lill-kumpanija Amerikana li mhix parti mill-proċeduri bi ksur tal-liġi. Staqsa wkoll kif l-akkużati li għandhom l-assi ffriżati setgħu ħallsu mijiet ta’ eluf ta’ dollari lil kumpanija Amerikana biex tinvestiga r-rapport tal-FBI.

Il-Qorti preseduta mill-Imħallef Edwina Grima, qalet li l-prosekuzzjoni tista’ tagħmel rapport lil pulizija dwar dan. Il-Qorti ordnat li min issa ‘l quddiem m’għandu jingħata xejn lil ħadd jekk mhux parti mill-proċeduri. Il-Prosekuzzjoni talbet li r-rapport li sar mill-kumpanija Amerikana għandu jitneħħa mill-atti tal-kawża. L-Imħallef qalet li ser tagħti d-deċiżjoni dwar dan f’seduta oħra.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Il-Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Leo Brincat, qal li s-sitwazzjoni ta’ persuni li qed ifittxu l-ażil f’pajjiżi bħall-Italja u l-Greċja, sejra mill-ħażin għall-agħar. Is-Sur Brincat, li kien l-awtur tar-rapport tal-Qorti Ewropea…

Ippjanar u bini

Applikazzjoni kontroversjali għal żvilupp fuq sit ta’ villa storika tas-seklu tmintax fiż-Żejtun, ġiet irtirata mill-iżviluppatur. L-applikazzjoni kienet qed titlob li l-Awtorità tal-Ippjanar tibdel iż-żona fejn tinsab Villa Bonici minn waħda…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, saħaq li l-Istat Malti għandu jagħmel użu mill-mezzi u l-proċeduri kollha għad-dispożizzjoni tiegħu skont il-liġi, inkluż dawk ta’ natura eċċezzjonali biex jinqabad min ordna, iffinanzja, u…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ffirma ittra li permezz tagħha kkommetta ruħu li jirrakkomanda maħfra Presidenzjali ġaladarba suspettat li kien involuta fil-komplott tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, jikxef dak…

Aktar