Qorti
Jammetti fil-Qorti li pprova jisraq minn karozza f’Ħal Qormi

Eman Ebejer ta’ 34 sena, tpoġġa fuq ordni ta’ probation wara li ammetta li pprova jisraq affarjiet minn karozza f’Ħal Qormi.

Hu tressaq il-Qorti t-Tnejn filgħodu quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella. Ġie akkużat li pprova jisraq affarjiet, waqt li kien riċediv, u li kellu fil-pussess tiegħu oġġetti suspettużi mingħajr spjegazzjoni valida.

L-Ispettur Roderick Agius, li mexxa l-prosekuzzjoni, qal li għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija tas-Sibt li għadda, il-Pulizija ġew infurmati li uffiċjal li jaħdem fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, kien qed iżomm raġel li kien daħal fil-karozza tal-ġar tiegħu. Fil-fatt, ir-raġel ma rnexxielu jisraq xejn.

Ebejer wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, bil-Qorti tpoġġieh taħt ordni ta’ probation għal tliet snin.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Tlesta proġett ta’ restawr tal-pittura tas-saqaf fil-Kappella dedikata lill-konversjoni ta’ San Pawl fil-Wied ta’ Birkirkara. Din kienet saret mill-artist Ġużeppi Briffa waqt li r-restawr sar mill-kumpanija Atelier Del Restauro. Ir-restawr…

Qorti

Dr Manfred Galdes li kien Kap Eżekuttiv tal-FIAU, qal li n-nuqqas ta’ riżorsi fit-taqsima tal-Pulizija dwar ir-reati ekonomiċi kienet qed tagħmel ix-xogħol tal-FIAU inutli. Spjega li r-rapporti li l-FIAU kienet…

Saħħa

Fiċ-Ċina, tliet persuni mietu u iżjed minn 200 oħra jinsabu morda, wara li ħakimhom mikrobu ġdid li qed jissejjaħ novel coronavirus. F’kummenti lil TVM, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci,…

Aktar