Qorti
Jammetti li darab Pulizija waqt festin f’Pembroke

Franċiż ta’ 18-il sena ammetta li l-Ħadd għall-ħabta tas-2am f’Pembroke hedded, għajjar, ħebb u darab ħafif lil kuntistabbli tal-pulizija, naqas milli jobdi l-ordnijiet tal-pulizija, kiser il-paċi pubblika u kiser ir-regolamenti li jrażżnu l-imxija tal-Covid-19 għaliex kien fi grupp ta’ aktar minn erbgħa fil-pubbliku.

Mathis Roger Pierre Ravel ammetta l-akkużi kollha kontrih. Il-Qorti kkundannatu għal sentejn ħabs sospiżi għal sentejn u multa ta’ €6,000 li jrid iħallas fi żmien sitt xhur.

Ara wkoll:

Il-Pulizija tisfratta festin f’Pembroke bejn iktar minn 100 persuna