Qorti
Jammetti li ffalsifika passaport biex jitlaq minn Malta

Immigrant mis-Sudan; Ajoub Sadik Ibrahim, ammetta fil-Qorti li ffalsifika passaport biex ikun jista’ jitlaq minn Malta minħabba li ħaseb li mhux ser ikollu l-possibilta li jingħata kenn f’Malta, allura seta’ jerġa’ jinbagħat lura s-Sudan.

Sadik fil-Qorti qal li jiddispjaċih ħafna għal dak li għamel u li kienet il-biża’ li wasslitu għar-reat. L-avukat difensur qal li l-każ huwa gravi iżda l-Qorti għandha tqies il-motivazzjoni tal-aġir tal-immigrant, bil-Qorti tagħti sentenza ta’ sitt xhur ħabs lil Sadik.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Il-ġest li għamel l-MCAST mal-istudenti tiegħu f’Jum San Valentinu ma niżilx tajjeb ma’ kulħadd u xi wħud saħansitra urtaw ruħhom. Matthew Grech, ex persuna gay li kkonverta, qal li dak…

Pulizija

Is-Surġent Simon Schembri qal fi stqarrija li m’għandux x’jaqsam mal-uffiċjali li qed jiġu investigati b’rabta mal-allegat abbuż ta’ sahra u extra duties. Fi stqarrija fuq il-paġna Simon Schembri Blue Light…

Immigrazzjoni

Il-Forzi Armati ta’ Malta kkonfermaw ma’ TVM li dalgħodu ddaħħlu 106 immigrant fXatt it-Tiben bil-P52. Mistoqsija hux mistennija aktar immigranti, l-AFM wieġbet li mhemm xejn ikkonfermat għalissa.

Lokali

Wara l-ħsara teknika fil-Freephone 153 sa minn kmieni lbieraħ filgħodu, matul dawn l-aħħar sigħat is-service provider għamel it-testijiet meħtieġa. Fi stqarrija ntqal li jidher li l-problema li kien hemm ġiet…

Aktar