Qorti
Jammetti li ffastidja lit-tfajla tiegħu – il-maġistrat tixtieq konsistenza fil-pieni

Raġel ta’ 25 sena mill-Fgura wieġeb li huwa ħati li ta fastidju lit-tfajla tiegħu u li beżżagħha bi vjolenza kontriha.

Sabiex jiġi evitat li l-mara tgħaddi minn second victimisation, il-Qorti ordnat id-divjett fuq isem l-imputat. L-Ispettur qal li mhux qed joġġezzjona għall-ħelsien mill-arrest għax għall-mara, l-anqas riedet li jitressaq il-Qorti.

Il-Qorti saħeqt li qed tagħti l-ħelsien mill-arrest sakem isir pre-sentencing report minħabba ammissjoni tal-akkużat. Dan bil-kundizzjoni li ma jersaqx lejn iż-Żejtun, jiffirma l-għassa darbtejn u ma joħroġx mid-dar bejn id-9pm u s-6am, filwaqt li jħallas depożitu ta’ €3,000 u jagħmel garanzija personali ta’ €7,000

Dwar dan il-każ, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ġibdet l-attenzjoni li meta saru l-emendi u ġiet irratifikata l-Konvenzjoni ta’ Istanbul, fejn jidħol l-akkuża ta’ fastidju biss, il-piena ta’ dan ir-reat żdiedet.

Il-Qorti qalet li wasal iż-żmien li l-piena tiżdied ukoll fejn hemm fastidju u biżgħa, għax fejn hemm sempliċi fastidju l-piena telgħet sa sentejn ħabs u €10,000 multa, iżda għal fastidju u biżgħa l-piena baqgħet sa massimu ta’ 6 xhur u multa €11,600. Talbet lill-Pulizija sabiex jiġbdu l-attenzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Festi

Tliet politiċi kienu fost tnejn u għoxrin personalità li ġew onorati bid-dekorazzjonijiet tal-istat. Magħhom ġew onorati wkoll diversi personalitajiet għas-servizzi li taw fil-karrieri distinti tagħhom. Fosthom jispikkaw il-kuntistabbli Simon Schembri,…

Stejjer Umani

Omm Maltija tista’ tgħix ħajja normali wara li rċeviet trapjant minn organu ta’ baqra. Shirley Fenech, omm Maltija, għexet ħajja normali sal-2016 meta ħabta u sabta ħassha ħażin, intilfet minn…

Lokali

Il-Prim Minsitru tar-Renju Unit, Theresa May, qalet li hi mhix se tmexxi l-Partit Konservattiv għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, erba’ snin oħra. May għamlet din id-dikjarazzjoni fi Brussel qabel daħlet għal-laqgħa…

Lokali

Qed jinbidlu bħalissa l-bozoz kollha li jdawlu t-toroq ewlenin f’Malta fi proġett li mistenni jnaqqas il-konsum tal-elettriku b’madwar 70%. Il-bozoz il-ġodda, aktar minn tliet elef, huma tal-għamla LED u joffru…

Aktar