Qorti
Jammetti li għamel ħsara fuq l-uffiċini ta’ min kien jimpjegah

Raġel mill-Gambja ġie akkużat li kkawża ħsara fil-bieb u fis-sistemi tal-intercom u tal-kameras tas-sigurtà tal-uffiċini tal-kumpanija li kien jaħdem magħha. Fil-Qorti, Amadou Conteh ammetta l-akkużi. L-akkużat allega li d-diretturi tal-kumpanija għadhom qed isegwu l-passi tiegħu u qed jikkawżawlu ħsara psikoloġika.

Il-Pulizija qalet li r-reati saru l-ġimgħa l-oħra u l-ħsara tammonta għal aktar minn €4,000. Il-Qorti kkundannat lill-akkużat sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin u ordnatlu jħallas l-ammont ta’ ħsara li kkaġuna f’6 xhur. Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tas-sidien tal-binja.