Barranin
Jammetti li hu ħati għall-qtil ta’ 51 persuna fil-Moskea ta’ Christchurch fi New Zealand

Fi Christchurch New Zealand, raġel li s-sena li għaddiet qatel għadd ta’ nies f’attakk f’żewġ moskej, iddikjara li huwa ħati ta’ wieħed u ħamsin akkuża ta’ qtil.

Brenton Tarrant ta’ 29 sena ammetta wkoll li wettaq attentat ta’ qtil fuq erbghin persuna oħra. Dwar din l-akkuża, ir-raġel kien ċaħad li huwa ħati, u kien se jgħaddi ġuri f’Ġunju li ġej.

Wara l-attakk li wettaq dan ir-ragel fuq iż-żewġ moskej fi New Zealand għaddew liġijiet iktar stretti dwar l-użu tal-armi. Minkejja li New Zealand qiegħda f’lockdown minħabba l-coronavirus, is-seduta saret bi ftit nies preżenti fil-Qorti għolja ta’ Christchurch.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Wuhan terġa tistejqer Wuhan, il-belt Ċiniża li fiha faqqgħet il-pandemija tal-Coronavirus, mil-lum bdiet tistejqer mir-restrizzjonijiet imposti xahrejn ilu u li ħallew 11-il miljun resident maqfulha f’darhom. Karozzi u roti reġgħu…

COVID-19

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-Istati Uniti se tipproduċi 100,000 ventilators f’100 jum. Trump wiegħed li pajjiżu se jkun qed jipproduċi ħafna ventilators biex jgħin kemm lill-Istati Uniti u…

Barranin

Rekord ta’ mwiet fl-Italja bil-Coronavirus. Fl-aħħar 24 siegħa, mietu 969 persuna bil-Covid-19. Din l-ogħla rata ta’ mwiet fid-dinja f’ġurnata waħda. B’kollox, fl-Italja tilfħu ħajjithom 9,134 persuna. Fl-Italja hemm ikkonfermati 86,498…

COVID-19

Il-Ministru tas-Saħħa Ingliż, Matt Hancock, ukoll ittestja pożittiv għall-Coronavirus. Hu qiegħed fi kwarantina u għandu sintomi ħfief tal-Covid-19. Ara wkoll: Boris Johnson infettat bil-Coronavirus

Aktar