Kronaka
Jammetti li prova jwettaq serqa mingħand importatur tal-karozzi f’Birkirkara

Żagħżugħ ta’ 22 sena residenti ż-Żejtun ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li fil-Qorti ammetta li ġimgħatejn ilu pprova jwettaq serqa mingħand importatur tal-karozzi f’Birkirkara.

F’filmat li nkiseb minn TVM, iż-żagħżugħ deher ħiereġ minn karozza u miexi lejn il-ħanut libes maskra. Quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli, l-Ispettur Elton Taliana qal li s-serqa ma seħħitx minħabba xi ħaġa aċċidentali.

Rosmar Bugeja ammetta l-akkużi waqt li l-allegat kompliċi Tristan Tedesco m’ammettix u baqa’ jinżamm arrestat. Huwa reċediv b’diversi sentenzi oħrajn tal-Qorti u saq karozza misruqa mingħajr numru ta’ reġistrazzjoni.