Qorti
Jammetti li seraq żewġ muturi ta’ dgħajjes minn Manoel Island

Pollakk ta’ 41 sena tressaq il-Qorti mixli li aktar kmieni dan ix-xahar seraq żewġ muturi ta’ dgħajjes minn Manoel Island.

Kamil Rozycki, li għandu l-vizzju tad-droga, ammetta l-akkużi.

Is-sentenza se tingħata nhar it-Tlieta, bil-Magistrat Frendo Dimech qalet lill-akkużat biex ma jħallix lil min japprofitta mid-dgħufija tiegħu.