Lokali
Jammetti li seraq minn 6 vetturi waqt li kien fis-sakra

Ingliż li joqgħod Tas-Sliema, ammetta l-akkużi li seraq minn sitt vetturi.

Jake Sebastian Morris ta’ 41 sena li huwa riċediv b’sentenza oħra tal-Qorti, ġie akkużat li wettaq ir-reat waqt li kien fis-sakra.

Il-każ seħħ fil-lejl bejn it-Tnejn u lbieraħ f’Tas-Sliema stess, bil-prosekuzzjoni takkuża lil Morris li inġurja lill-Pulizija u rrifjuta li jikkopera magħhom.

Morris kellu fuq rasu sentenza sospiża ta’ ħabs li ġiet definittiva b’dan il-każ li dwaru l-Qorti trid tagħti s-sentenza sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Huwa nżamm arrestat.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Birdlife Malta dwar l-amministrazzjoni tas-Salini tal-Melħ fis-Salina. Bi ftehim mal-Gvern, il-Birdlife ser tmexxi dan is-sit li huwa l-ikbar riżerva naturali f’Malta. Is-Salini tal-Melħ fis-Salina,…

Agrikultura

Il-ġbejniet tradizzjonali Maltin mistennija jkunu aktar abbundanti b’tibdil fil-liġi li ser tippermetti raħħala żgħar kważi jirduppjaw il-produzzjoni tagħhom. Madankollu dal-pass xejn mhu jogħġob lir-raħħala u produtturi l-kbar li kienu obbligati…

NGOs

Qabel kiseb suċċess fil-karriera mużikali bħala tenur, Cliff Zammit Stevens għadda minn esperjenzi qarsa, b’ommu ssofri quddiemu vjolenza fiżika kontinwa fir-relazzjonijiet tagħha. Disa’ xhur wara mewtha, Cliff irrakkonta l-ġrajjiet koroh…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar fi Triq San Tumas. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel tagħrif jirriżulta li seħħet ħabta…

Aktar