Qorti
Jammetti li seraq mutur f’Għawdex

Ġuvni ta’ 19-il sena minn Santa Venera, ammetta li fl-20 ta’ Ġunju seraq mutur minn Triq Qasam San Ġorġ, f’Kerċem f’Għawdex.

Huwa tressaq il-Qorti ta’ Għawdex fejn ammetta l-akkużi kontrih.

Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Mario Xiberras u Bernard Charles Spiteri qalu li l-investigazzjonijiet tal-pulizija bdew malli ġew infurmati bis-serqa tal-mutur u li mill-istħarriġ li sar, identifikaw lill-allegat ħalliel u arrestawh.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Simone Grech tat lill-akkużat il-libertà bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin.