Lokali
Jammettu li ffrodaw fuq €500,000 lil Transport Malta

Żewġt irġiel ingħataw sentenza ta’ ħabs sospiża u multa wara li ammettew quddiem il-Qorti li ffrodaw lil Transport Malta iktar minn nofs miljun ewro.

George Oliver Schembri ta’ 55 sena u Donald Camilleri ta’ 42 sena kienu akkużati li, f’isem il-kumpanija Alfred Schembri & Sons Ltd, għamlu qligħ b’qerq minn fuq dahar Transport Malta.

Huma kienu akkużati wkoll li kkorrompew lill-perit ta’ Transport Malta Gordon Zammit, li għamlu dikjarazzjoni falza, u li wettqu ħasil ta’ flus bi proprjetà li nkisbet minn attività kriminali.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Joseph Mifsud ikkunsidrat li Schembri u Camilleri kienu ħallsu s-somma ta’ €503,519 lil TM nhar it-28 t’Awwissu 2017.

Permezz ta’ rikors konġunt bejn l-Avukat Ġenerali u l-avukat taż-żewġ akkużati, il-Qorti ntalbet tikkundanna lil Schembri l-piena ta’sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u multa ta’ €110,000, u lil Donald Camilleri 18-il xahar ħabs sospiżi għal erba’ snin u multa ta’ €30,000, kif ukoll interdizzjoni ġenerali perpetwa lit-tnejn li huma.

Il-Qorti laqgħet din it-talba dwar il-piena, u ordnat lil Schembri u Camilleri jħallsu wkoll bejniethom €5,065 fi spejjeż peritali.

Aħbarijiet Oħra
Ġurnali

Ħarsa lejn l-istejjer li nsibu fil-faċċati tal-ġurnali tal-lum il-Ħamis 19 ta’ Lulju. In-Nazzjon jirrapporta li nhar it-Tlieta uffiċjal tal-ħabs spiċċat aggredita, imsawta u migrufa minn priġuniera waqt li din tal-aħħar…

Avjazzjoni

Żvelata d-dehra l-ġdida tal-akbar ajruplan li jtajjar il-bandiera Maltija – Airbus A380 – tal-kumpanija HiFly. L-ajruplan li ġie rreġistrat f’Malta dan ix-xahar iġorr qrib il-500 passiġġier, b’faċilitajiet lussużi għal dawk…

Kultura

Tmien disinjaturi tal-moda, seba’ barranin u Malti, se juru l-kollezzjonijiet il-ġodda tal-ħwejjeġ u l-aċċessorji fil-Palazz tal-Verdala bħala parti minn serata b’tiżwiqa ta’ kultura u moda. TVM tkellem ma’ disinjatriċi Taljana,…

Kronaka

Mara ġiet rikoverata wara li kienet riekba fuq mutur li ħabat ma karozza fil-limiti ta’ Ħal Tarxien. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija fi Triq tal-Barrani. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel…

Aktar