Sport
Jan Mølby f’Malta – juri l-fehma li l-futbol sar negozju

Isem Jan Mølby hu assoċjat mat-tim tal-futbol ta’ Liverpool. F’karriera ta’ tnax-il sena ma’ dan it-tim, Jan Mølby skorja 62 darba, b’żewġ terzi tal-goals minn penalty.

Illum wasal Malta biex jieħu sehem f’avveniment li jgħaqqad flimkien il-futbol, l-umoriżmu u l-mużika. TVM tkellem ma’ Jan Mølby fil-La Valette lounge, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Imlaqqam bħala “The Great Dane”, Jan Mølby kellu karriera leġġendarja mat-tim tal-futbol Ingliż: Liverpool. Hu skorja tnejn u sittin goal mill-pożizzjoni ċentrali li kien jilgħab fiha mat-tim fl-ogħla diviżjoni tal-futbol fl-Ingilterra.

Jan Mølby jirrakkonta kif irnexxielu jesperjenza t-tlugħ u l-inżul ta’ dak kollu li għandu x’joffri l-football meta lagħab għal-Liverpool għal tnax-il sena bejn l-1984 u l-1995 ma’ players bħal Ian Rush, Ronnie Whelan u Craig Johnston.

Mølby lagħab ukoll mat-tim nazzjonali Daniż fi tlieta u tletin partita. Skorja darbtejn.

“It was amazing and to become part of a club like Liverpool . . . there are a lot of clubs in the world where you don’t necessarily become part of it… but I think when you play for Liverpool, you have to become part of it, it’s the culture.”

Anke jekk ilu li rtira mill-futbol, Mølby reġa’ ġedded il-memorji glorjużi meta din is-sena Liverpool rebħu ċ-Champions League.

“We’ve seen in the last two seasons, being in the Champions League final twice and this year winning it…. it was incredible, I talked to a lot of Liverpool fans before, and they thought we would win… but you still have to win the game.”

Mistoqsi dwar kif inbidel il-futbol, Mølby wera l-fehma li l-futbol sar negozju.

“When I played football, it was a sport, and now its a business, everyone wants to be near football… it’s a thing that sells well, and it represents itself well on TV…it’s as big anything out there football… as a brand is massive and the clubs as brands themselves as a brand.”

F’teatru City Theatre fil-Belt, il-Ħamis filgħaxija Mølby se jitkellem dwar il-karriera tiegħu f’serata b’akkumpanjament mużikali mill-kantanta Tricia McTeague u l-kummidjant Jamie Sutherland.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Ikel li tpoġġa fuq ċint biex jittiekel mill-qtates, spiċċa minflok jittiekel mill-firien. Filmat li ttieħed illum viċin il-venda ta’ Marsaskala minn resident juri qtates żgħar iħarsu lejn l-ikel b’nuqqas ta’…

Kultura

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt ħabbret programm ta’ attivitajiet mużikali għall-kapitali, li jinkludi kunċerti fl-apert u proġett bis-sehem ta’ mużiċisti żgħażagħ. L-istil mużikali se jvarja minn attività għal oħra, minn rock sa…

Kronaka

Uffiċjal tas-sigurtà sofra xi ġrieħi waqt attentat ta’ serqa minn ħanut f’Birkirkara. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.10pm fil-ħanut tal-Eurosport fi Triq Salvu Psaila. Huwa mifhum li l-uffiċjal tas-sigurtà, raġel ta’ 46…

Qorti

Żagħżugħ inżamm arrestat wara li kien akkużat b’moħqrija tal-annimali. Il-Qorti semgħet kif nhar il-Ħadd li għadda l-Pulizija ssejħu fuq rapport ta’ mara li qalet li binha qed ikun aggressiv. Meta…

Aktar