Kultura
Jappella biex il-Batterija tas-Salut tingħata d-dehra ta’ dari

Ritratti ta’ tmiem is-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20 juru kif kienet il-Batterija tas-Salut fil-Barrakka ta’ Fuq: fejn għal dawn l-aħħar 15-il sena kien hemm il-ħaxix iħaddar, qabel kien hemm it-‘terra battuta’ jew art iebsa.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Wirt Artna Mario Farrugia qed jipproponi li s-Saluting Battery terġa’ ssir hekk. Proposta li jekk tiġi attwata taf tkun parti mis-soluzzjoni għall-ħsara li saret tul is-snin bl-ilma tat-tisqija li kien inixxi taħt l-art għal ġol-Lascaris War Rooms.

Ilma mal-art, ħitan imxarrba, riħa ta’ moffa. Hija din is-sitwazzjoni li tilqgħek x’ħin tidħol fil-mini u l-kmamar li hemm taħt il-Barrakka ta’ Fuq u li jinfdu fil-Lascaris War Rooms.

Il-Fondazzjoni Wirt Artna, li tieħu ħsieb dawn il-postijiet storiċi, qed tipprova tagħmel tajjeb għall-konsegwenzi ta’ deċiżjonijiet li ttieħdu snin ilu fosthom it-tqegħid ta’ tapit tal-ħaxix, direttament fuqhom fis-Saluting Battery, li sa ftit tax-xhur ilu kien qed iħaddar iżda kien joħloq problemi taħt l-art.

Mario Farrugia, Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni, jghid li din il-problema kienet bicca ugiegh ta’ ras kbira ghalihom. ‘Dak ħadilna 4 snin biex insolvuh. L-ewwel ħaġa ridna nsibu soluzzjonijiet biex jieqaf u saru interventi biex waqaf, però kellna nistennew sentejn u nofs biex l-ilma jiskula fil-blat. Imma xorta għandna problema għax għadu qed jiġġenera l-moffa.”

Il-problema tal-ilma li jiskula qed taffettwa wkoll il-Kwartieri Ġenerali tal-Gwerra; il-War HQ – li jinsab ezatt taħt il-Ġnien tal-Barrakka. Konsegwenza ta’ dan il-kwartieri ma jistgħux jinfetħu għall-pubbliku b’detriment anki għad-dħul finanzjarju tal-Fondazzjoni.

Is-sur Farrugia tal-fehma li parti mit-tibdil għandu jinkludi l-introduzzjoni ta’ siġar fi qsari mdaqqsa biex l-ilma ma tirrepetix ruħha l-problema tal-ilma taħt l-art. “Hawnhekk jaghmel hafna sens li jkun hawn sigar peress li m’hawn dell xejn. U peress li l-kanuni jigbed mijiet jekk mhux eluf biex jarawhom, dawn jispiċċaw f’xemx tiżreġ.”

Mas-700 elf ruħ, il-biċċa l-kbira turisti, is-sena li għaddiet raw is-salut li jingħata kuljum f’nofsinhar permezz tal-kanuni. Il-Lascaris War Rooms waħdihom ġibdu 85,000 ruħ.

Aħbarijiet Oħra
Xogħol

Fit-tieni kwart tas-sena, bejn April u Ġunju li għadda, Malta kellha t-tielet l-ogħla rata ta’ sejħiet għal impjiegi fis-suq tax-xogħol. Skont ċifri tal-Eurostat, il-postijiet tax-xogħol li kienu qed ifittxu l-ħaddiema…

Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità attiva Anthony Agius Decelis ħabbar li filwaqt li hawn 2,749 persuni b’diżabilità mpjegati fuq bażi full time, fadal 215 persuna b’diżabilità li qed…

Aktar