Politika
Jappella lill-Gvern biex iżomm mad-deċiżjoni oriġinali; li persuni vulenerabbli u qrabathom jibqgħu d-dar

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia appella lill-Gvern sabiex iżomm mad-deċiżjoni oriġinali biex l-anzjani, il-persuna vulenerabbli u l-qraba tagħhom joqgħodu d-dar.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia ħeġġeġ lin-nies biex jimxu skont ma’ qalu l-awtoritajiet tas-saħħa nhar il-Ħamis. F’messaġġ fuq NET TV Dr Delia qal li d-deċiżjoni biex 118,000 anzjan u persuni vulnerabbli jibqgħu ġewwa u magħhom il-qraba li jgħixu taħt l-istess saqaf, saret biex ikun protett il-poplu u l-pajjiż ikollu mill-inqas fatalitajiet mill-Covid-19.

Il-Kap Nazzjonalista kkritika lill-Prim Ministru Robert Abela talli wara li l-awtoritajiet ħadu din id-deċiżjoni, mar fuq l-aħbarijiet jgħid li dan mhux lockdown filwaqt li dgħajjef il-miżuri li kienu ħabbru l-awtoritajiet. Dr Delia qal li quddiem din il-battalji, ma nistgħux inkunu popolisti għax il-prezz ta’ dak li niddeċiedu llum, jista’ jiswina ħafna aktar jekk il-virus jinfirex.

Huwa appella għal aktar miżuri ħorox biex il-virus ma jinfirix. Qal li aħjar wieħed jagħmel ġimgħa aktar ġewwa u ma jitlef lil ħadd. Il-Kap Nazzjonalista indirizza setturi differenti tas-soċjetà fosthom it-tfal li qal huma versatili u jikkomunikaw bit-teknoloġija ma’ sħabhom u ma’ membri oħra tal-familja. Qal li din l-esperjenza se sservihom sabiex isiru jafu aktar lil xuxlin u tgħallimhom jikbru.

Lill-ħaddiema, il-Kap Nazzjonalista qalilhom li l-Oppożizzjoni se tibqa’ titkellem għal dawk li s’issa mhux se jibbenefikaw minn miżuri ta’ għajnuna li ħabbar il-Gvern. Lill-ħaddiema barranin li qal għamlu Malta d-dar tagħhom appellalhom biex huma wkoll jagħtu każ ta’ x’qed jgħidu l-awtoritajiet tas-saħħa filwaqt li rringrazzjahom talli huma parti mill-komunità Maltija.

Dr Delia għal li dan iż-żmien jista’ jkun wieħed fejn is-solitudni li jħossu l-anzjani tniggeż aktar u qalilhom sabiex ma jaqtgħux qalbhom. Wissa li ġej żmien aktar diffiċli u wara li ngħaddu minnu hemm it-tajjeb. Qal li għalhekk wieħed għandu jittama fit-tajjeb li għad irid jiġi.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni temm jgħid li mill-għawġ, nistgħu noħolqu soċjetà aħjar jekk isir sforz kollettiv u kullħadd jifhem li jista’ jagħmel xi ħaġa biex inaqqas it-tixrid tal-Covid-19.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li jrid politika tal-perswazjoni u mhux tal-arroganza u qal li l-partit għandu jgħaraf li fejn żbalja waqt li għandu l-obbligu li jibni fuq it-tajjeb…

Kronaka

Raġel ta’ 52 sena mis-Siġġiewi jinsab midrub gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding ta’ madwar żewġ sulari. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu f’sit ta’ kostruzzjoni, f’Misraħ Forok, ir-Rabat. Il-Pulizija…

Immigrazzjoni

L-ekwipaġġ tal-bastiment Europa II jinsab għall-kenn wara t-tanker CURACAO ‘l barra mill-ponta tal-Jerma f’Wied il-Għajn wara li l-ekwipaġġ Malti kellu jabbanduna l-pożizzjoni tiegħu mat-13-il mil ‘il barra minn Malta, minħabba…

Aktar