Saħħa
Jappellaw biex hekk kif għada jiftaħ l-ajruport, il-Maltin jibqgħu jilbsu l-maskri u jżommu d-distanza soċjali

Il-President tal-Assoċjazzjoni Medika, Martin Balzan qal li filwaqt li jaqbel li se jiftaħ l-ajruport, appella biex jibqgħu jintlibsu l-maskri u biex tinżamm id-distanza soċjali. Dr Balzan stqarr li Malta tinsab fi stat tajjeb fil-kontroll tal-Covid 19 u li għalhekk issa li se jibdew deħlin it-turisti, il-poplu jibqa’ attentat kif kien fl-aħħar xhur.

Il-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija, Martin Balzan wera diżappunt li ma ġietx milqugħa l-proposta tal-MAM biex turisti li ġejjin Malta jagħmlu swab test jumejn qabel jaslu Malta. Huwa qal li s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika f’cirkulari lit-tobba qed tħeġġeġ biex fejn jaraw sintomi f’ċittadini barranin jew Maltin li jkunu ġew minn barra, għandhom mill-ewwel jordnaw swab test.

F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem l-isptar Mater Dei, Dr Balzan ammetta li l-ftuħ tal-hairdressers u r-ristoranti ma wassalx għal żieda fil-każijiet tal-covid-19 anke jekk kellu biża’ li dan seta’ jseħħ. Irrikonoxxa li l-ħidma tal-awtoritajiet tas-saħħa taw ir-riżultati mixtieqa.

“Dak kollu li konna qed nagħmlu ħadem, l-ebda hairdresser jew restaurant ma kellu każi, u għalkemm tneħħew il-multi, dak li konna qed nagħmlu nibqgħu nagħmluh.”

Mistoqsi dwar x’inhi l-opinjoni tiegħu wara li kien appella għal lock down, Dr Balzan qal li pajjiżna ġab ir-riżultati għax ittieħdu l-miżuri ta’ mitigazzjoni.

“Id-degree ta’ lockdown hija sekondarja, l-esperjenza kienet taċ-Ċina u dan ħadem, kwalunkwe ħaġa oħra kienet tkun esperiment fuq il-ħajja tal-Maltin.”

Dr Balzan qal li jixtieq iwassal messaġġ biex in-nies joqgħodu kawti biex anki wara l-ftuħ tal-ajruport, ir-riżultati jibqgħu tajbin.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sejjaħ laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv li se ssir bħal-lum ġimgħa. Fost it-temi fuq l-aġenda hemm imniżżla l-punti, ‘Qagħda Politika’ u ‘Azzjoni Konkreta’. Intant, TVM jinsab infurmat…

Ambjent

Il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ippospona d-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni għall-bini ta’ supermarket tal-Lidl fi Triq Ħ’Attard Ħaż-Żebbuġ li huwa ppjanat li jsir fuq medda art ta’ 2,200 metru kwadru flimkien ma’ parkeġġ…

Turiżmu

Skont studju kkummissjonat mill-MHRA, sitta fil-mija tal-lukandiera f’Malta jemmnu li sa tmiem is-sena d-dieħla t-turiżmu jista’ jirkupra għal kif kien qabel il-pandemija tal-COVID-19. 17% qalu li n-numri tat-turisti tas-sena li…

Aktar