Ambjent
Jappellaw li tittieħed azzjoni fuq strutturi tal-kaċċa fil-Miżieb

Il-koalizzjoni Spazji Miftuħa, li hija ffurmata minn 60 għaqda, qed tappella li tittieħed azzjoni fuq strutturi tal-kaċċa fil-Miżieb.

Il-koalizzjoni ħejjiet rapport li ppreżentat lill-Awtorità tal-Ippjanar u lill-Ministeru għall-Ambjent li fih elenkat strutturi użati għall-kaċċa li qalet li huma illegali.

Fi stqarrija l-koalizzjoni qalet li dan ir-rapport jorbot ma’ rapport simili li kien sar minn BirdLife Malta fl-2010, u li kien juri l-preżenza ta’ 256 minn dawn l-istrutturi, li qalet uħud minnhom għadhom eżistenti.

Żiedet li dan juri li m’għandhomx jingħataw drittijiet biex jitmexxa s-sit mill-istess lobby li fil-passat wettaq diversi illegalitajiet f’dan il-post.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar