Barranin
Jappellaw lill-awtoritajiet tat-Tajlandja biex iwaqqfu d-deportazzjoni ta’ mara mill-Arabja Sawdija

L-Għaqda mhux governattiva l-Human Rights Watch appellat lill-awtoritajiet tat-Tajlandja biex iwaqqfu d-deportazzjoni ta’ mara mill-Arabja Sawdija li qed tinżamm arrestata fl-ajruport ewlieni ta’ Bangkok.

Rahaf Mohammed al-Qunun li għandha tmintax-il sena hija irrapurtata li qed tipprova taħrab mill-familja tagħha minħabba li irrinunċat l-Islam.

It-tfajla kienet qed tipprova taħrab lejn l-Awstralja minħabba li qed tibża li se tkun sfurzata tirritorna lejn l-Arabja Sawdija u tinqatel minn familtha.

Minkejja li għandha visa Awstraljana, il-passaport tagħha inżamm minn diplomatiku Sawdi waqt li kienet fl-ajruport, tipprova taqbad titjira lejn l-Awstralja minn Bangkok.

Uffiċjali Sawdi qalu li arrestawha minħabba li ma kelliex biljett tar-ritorn lejn l-Arabja Sawdija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Evakwazzjoni drammatika ta’ iktar minn 1,300 passiġġier minn cruise-liner li waqaf ħesrem ‘il barra mill-kosta Norveġiża lbieraħ. Il-cruise liner MV Viking Sky inqabad f’baħar imqalleb u riħ qawwi. B’kollox madwar…

Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Aktar