Immigrazzjoni
Jappellaw lill-PM biex jirrilaxxa bastimenti ta’ għaqdiet mhux governattivi

Delegazzjoni ta’ tliet Ewro-Parlamentari appellaw lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex jintervjeni personalment u jirrilaxxa bastimenti u ajruplani ta’ għaqdiet mhux governattivi li kien qed jagħmlu operazzjonijiet ta’ salvataġġ fil-Mediterran.  F’konferenza tal-aħbarijiet huma qalu li bblukkar tal-bastimenti fil-portijiet huwa illegali anke jekk fuq każ minnhom hemm proċeduri fil-Qorti.

F’ittra lill-Prim Ministru, l-Ewro Parlamentari mill-Kumitat tal-Libertaijiet Ċivili ħeggewh jirrilaxxa d-dgħajjes u ajruplani ta’ għaqdiet mhux governattivi li għal aktar min xahrejn qed jinżammu f’Malta u b’hekk ma jistgħux ikomplu bl-operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ fil-Mediterran.

F’konferenza tal-aħbarijiet f’Dar l-Ewropa, l-Ewro Parlamentari Martina Anderson, Jean Lambert u Peter Niedermuller qalu li f’Malta ltaqgħu mal-membri tal-ekwipaġġ tal-bastimenti Seawatch u Lifeline. Stqarrew li jħossu l-aġir tal-Gvern bħala illegali għaliex qalu li l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ ma jistgħux jitqiesu bħala reati kriminali.

Martina Anderson qalet li filwaqt li l-kaptan tal-Lifeline qed jingħata ċ-ċans fil-Qorti jwieġeb l-akkużi dwar irregolaritajiet fir-reġistrazzjoni tal-vapur, l-ekwipaġġ tas-Seawatch m’għandux l-istess opportunità.

Il-MEP Martina Anderson qalet ”give clearance to Seawatch III and for Moonbird to leave, I think that they also need an acceleration of the process for Lifeline, and this is not about the validity of these boats or their registration but this is about saving lives and it is based on a common humanity.”

Anderson irrikonoxxiet li l-qagħda tas-sigurtà fil-Libja hi mwiergħa u għandu jsir dak kollu possibbli biex jitwaqqaf it-traffikar illegali tal-immigranti iżda saħqet li l-ħarsien ta’ ħajjet in-nies għandha tingħata priorità. L-Ewroparlamentari tennew li l-Parlament Ewropew hu favur li jinbidlu r-regoli ta’ Dublin biex ikun hemm qsim tar-responsabiltà għall-immgiranti li jaslu fil-pajjiżi Ewropej u ma jibqgħux bir-responsabbiltà tal-pajjiż fejn jiżbarkaw.

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

F’Għawdex tnieda servizz ta’ emerġenza ġdid għall-pubbliku li se jopera wara l-ħinijiet tal-uffiċċju, fi tmiem il-ġimgħa kif ukoll fil-btajjel pubbliċi. Dan is-servizz, li beda fuq inizjattiva tal-fergħa Għawdxija tal-Fondazzjoni għal…

Annimali

F’dan iż-żmien tas-sena ħafna jsibu ħin biex jagħmlu atti ta’ imħabba jew solidarjetà mal-oħrajn. Artista Franċiża li tgħix Malta ddeċidiet li ttella’ wirja b’pitturi biex bil-flus li tiġbor mill-bejgħ tagħhom,…

Mużika

Il-kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida se jżomm mat-tradizzjoni u jsir fl-Epifanija fis-6 ta’ Jannar f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi l-Belt. Il-kunċert b’kollaborazzjoni ma’ Festival Malta u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se jsir b’risq…

Kronaka

L-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed jinvestigaw il-mewt ta’ priġunier Malti ta’ 26 sena li nstab mejjet. Television Malta jinsab infurmat li l-priġunier neħħa ħajtu. Fi stqarrija maħruġa mill-Faċilità Korrettiva…

Aktar