Barranin
Jaqa’ f’koma u ħadd ma jaf ta’ min hu

Tifel ta’ mhux aktar minn sentejn spiċċa l-isptar wara li waqa’ f’koma kawża ta’ bumbardament f’pajjiżu.

Tarah taħsbu rieqed iżda t-tbenġil ma’ għajnejh u t-traċċi tad-demm ma’ mnieħru jixhdu mod ieħor.

Ħadd ma jaf min hu dan it-tifel u min huma l-ġenituri tiegħu. Każijiet bħal ta’ dan it-tifel qed jiġru ta’ kuljum f’Ghouta u t-tobba u l-infermiera tal-isptarijiet ma jafux x’se jaqbdu jagħmlu bit-tfal li qed jiġu sseparati mill-ġenituri tagħhom.

Dr Hamza ddeċieda jitfa’ ritratt tat-tifel fuq il-midja soċjali bit-tama li jinsabu l-ġenituri tiegħu u biex jaqsam mad-dinja d-dieqa u t-traġedji li qed jaffaċċjaw ta’ kuljum in-nies ta’ Ghouta.