Kronaka
AĠĠORNAT: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li sfronda saqaf bih

Raġel ta’ 47 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sfronda s-saqaf bih.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-12.15 fi Triq Patri Magri.

Ir-raġel, li hu minn Ħal Għargħur weġġa’ waqt li kien qed jaħdem ġewwa r-residenza li tinsab taħt kostruzzjoni. Jidher li waqt li kien qiegħed jaħdem, sfronda s-saqaf bih u waqa’.

Fuq il-post issejħu membri mill-Protezzjoni Ċivili sabiex joħorġu lill-vittma mir-residenza, tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.