Barranin
Jaqblu dwar spirtu mġedded u kostruttiv biex jintlaħaq ftehim dwar Brexit

F’konferenza tal-aħbarijiet konġunta minn Pariġi, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson u l-President Franċiż Emanuel Macron qablu dwar spirtu mġedded u kostruttiv biex jintlaħaq ftehim dwar Brexit.

Waqt t-taħditiet kruċjali bejn iż-żewġ mexxejja, il-President Franċiż Macron qal li l-vot tar-Renju Unit biex titlaq mill-Unjoni Ewropea għandu jkun rispettat, iżda daqstant ieħor għandu jkun onorat il-ftehim maqbul mal-predeċessur ta’ Johnson, Theresa May, dwar il-futur tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit wara Brexit.

Qal li l-ftehim li se jirregola l-kummerċ u l-moviment ħieles bejn il-fruntieri tar-Repubblika tal-Irlanda mal-Irlanda ta’ Fuq huwa indispensabbli għall-istabbiltà politika.

Bil-ftehim kif innegozjat, ir-Renju Unit ma tistax tinqata’ kompletament mis-suq Ewropew kif qed tesiġi u se jkollha tonora wħud mir-regolamenti tal-Unjoni Ewopea dwar il-liġijiet tal-kompetizzjoni sakemm jintlaħaq ftehim separat dwar il-kummerċ.

Johnson qed jopponi dan il-ftehim u qal li r-Renju Unit se jkollha titlaq mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim. Il-Prim Ministru Ingliż madankollu enfasizza li bl-enerġija u l-kreattività tista’ tinstab it-triq ‘il quddiem.

Il-Kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel nhar l-Erbgħa tefgħet il-ballun f’ħoġor ir-Renju Unit u qalet li għandha tkun hi li tfassal u timplimenta pjan li jista’ jkun fattibbli. Minkejja li l-Unjoni Ewropea ripetutament saħqet li l-ftehim ma jistax jerġa’ jkun innegozjat, uriet li tinsab disposta biex ittejjeb il-ftehim.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-Istati Uniti, mara kellha tagħmel operazzjoni wara li belgħet iċ-ċurkett tal-għerusija waqt li kienet rieqda. Jenna Evans ta’ 29 sena qalet li hi u l-għarus tagħha Bobby kienu fuq ferrovija u…

Barranin

Il-futboler Cristiano Ronaldo nfaqa’ jibki waqt intervista li saritlu minn Piers Morgan. Dan wara li qal li missieru, li kien jixrob qatt ma kellu l-opportunità jarah isir stilla. L-attakkant ta’…

Barranin

L-Istati Uniti ppubblika imaġini meħuda minn sateliti biex isaħħaħ l-argument tiegħu li l-Iran kien il-moħħ wara l-attakki li saru fuq ir-raffineriji taż-żejt fl-Arabja Sawdija. Min-naħa tiegħu, l-Iran qed jiċħad kull…

Brexit

F’taħdidiet mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Calude Juncker, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni li jagħmel enfasi li r-Renju Unit mhux lest li jipposponi Brexit wara l-31 ta’ Ottubru. F’laqgħa li…

Aktar