Jaqblu li titwaqqaf kummissjoni bil-għan li jieqaf il-ġlied fil-Libja

F’intervista mal-aġenzija Reuters, il-Prim Ministru Libjan Fayez al-Serraj qal li sakemm il-komunità internazzjonali ma tpoġġix pressjoni fuq Khalifa Haftar, il-pajjiż se jibqa’ jiffaċċja sitwazzjoni katastrofika bi ġlied bejn il-milizji rivali.

Il-produzzjoni taż-żejt fil-Libja bħalissa hija kważi wieqfa minħabba li l-qawwiet ta’ Haftar għalqu l-portijiet.

Wara taħditiet f’Berlin, il-Prim Ministru Libjan qal li l-gvern immexxi minnu se jirrispetta l-konklużjonijiet tas-summit ta’ Berlin għal ftehim ta’ waqfien mill-ġlied fi Tripli, u li jerġa’ jkun hemm diskussjonijiet li jwittu t-triq lejn soluzzjoni għall-kunflitt fi pjan immexxi min-Nazzjonijiet Maqgħuda. Huwa madankollu eskluda li jiltaqa’ ma Haftar.

Il-Prim Ministru u l-Ġeneral Haftar kienu t-tnejn f’Berlin iżda ma ridux jiltaqgħu wiċċ imbwiċċ, għalkemm bil-medjazzjoni qablu li jistabilixxu kummissjoni militari u jimxi lejn ftehim għal waqfien mill-ġlied.

Il-kunflitt fil-Libja s’issa ħalla eluf ta’ persuni mejta u hemm iżjed minn 170,000 Libjan li kellhom jaħarbu minn djarhom.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fl-Istati Uniti, l-istat ta’ New York qiegħed jitqies bħala l-epiċentru tal-imxija tal-Coronavirus fejn kważi il-mejta kollha irrappurtati f’24 siegħa jaqbżu 630. Fi New York il-każijiet ikkonfermati jlaħħqu 113,000. B’kuntrast in-numru…

Barranin

Żewġ persuni nqatlu u ħamsa sofrew ġrieħi f’attakk b’sikkina fix-xlokk ta’ Franza. Tnejn minn dawk feruti jinsabu f’qagħda kritika. L-attakk, li ġie deskritt mill-Ministru għall-Intern bħala wieħed terroristiku, seħħ fir-raħal…

Barranin

Aktar minn 1,187,900 każ ta’ coronavirus fid-dinja. L-imwiet bil-Covid-19 qabżu l-64,000. Fl-aħħar 24 siegħa fi Spanja mietu 809 persuni bil-COVID-19 filwaqt li ftit aktar minn 7,000 irriżultaw pożittivi għal virus. B’kollox…

Barranin

F’ittra indirizzata lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula Von Der Leyen, il-Prim Ministru Taljan qalilha biex tlesti ruħha għar-riskji. L-Italja, li tibqa’ sal-lum l-aktar pajjiż Ewropew li ntlaqat mill-Coronavirus b’aktar minn 14,000…

Aktar