COVID-19
Jaqbżu l-15-il miljun l-infezzjonijiet mill-Covid-19 fid-dinja

Sa issa huma 15,231,967 każ ta’ Covid-19 li ġew irreġistrati madwar id-dinja. Skont is-sit Johns Hopkins, minnhom s’issa rkupraw 8,645,531 u mietu 623,491.

L-Istati Uniti għandhom l-ogħla ammont ta’ każi ta’ coronavirus b’total ta’ 3,970,908. Minnhom s’issa rkupraw 1,210,849 u mietu 143,190. L-istat ta’ Kalifornja, issa għandu aktar każijiet minn kemm kellu l-istat ta’ New York li kien l-agħar stat milqut mill-Covid-19. Fl-aħħar 24 siegħa, dan l-aktar stat popolat irreġistra rekord ta’ 12,807 każ ġdid.

Bit-tieni l-ogħla ammont ta’ każi ta’ Covid-19 fid-dinja hemm il-Brażil b’total ta’ 2,227,514. Minnhom s’issa rkupraw 1,591,975 u mietu 82,771. Fl-aħħar 24 siegħa l-pajjiż irreġistra rekord ta’ każijiet ġodda – aktar minn 67,000 każ ġdid.

Fit-tielet post hemm l-Indja fejn il-każi ta’ coronavirus laħqu 1,238,798. Minnhom s’issa rkupraw 782,607 u mietu 29,861.

Fl-Ewropa, fi Franza se jingħataw miljuni ta’ maskri li jistgħu jintużaw kemm-il darba lil seba’ miljun ruħ li jinsabu f’riskju ta’ faqar. Il-Ministru tas-Saħħa Franċiż Olivier Véran, qal li se jingħataw mal-40 miljun maskra.

Kumpanija li tiproċess l-laħam fil-Portugal ingħalqet wara li 34 ħaddiem irriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Intant il-Ministru tas-Saħħa Ġermaniż Karl-Josef Laumann qal li s’issa hemm 2,119 każ ta’ Covid-19 li għandhom rabta mal-imxija li faqqgħet fl-ikbar impjant li jipproċessa l-laħam fl-Ewropa, Tönnies. Żied li minn dawn il-każijiet ma miet ħadd.

Il-Belġju ra żieda ta’ 91% fil-każijiet ġodda meta mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet filwaqt li fi Spanja ukoll qed terġa’ tara żieda fl-infezzjonijiet ġodda. Fl-aħħar 24 siegħa rreġistrat 730 każ ġdid li huwa d-doppju tal-ammont ta’ ġimgħa ilu.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Barranin

Tarbija f’Beirut kienet waslet biex titwieled meta seħħet l-ewwel splużjoni ta’ jumejn ilu, li farrket il-ħġieġ tas-sala tal-isptar. Il-mument inqabad minn missier it-tarbija, li dak il-ħin inzerta qed jiġbed filmat…

Barranin

It-tieni jum wara l-isplużjoni li heżżet il-kapitali Lebaniża, Beirut, fost sens qawwi ta’ xokk u rabja l-poplu kompla jnaddaf il-ħerba li sab ruħu fiha. S’issa mal-160 persuna kienu kkonfermati mejta…

COVID-19

Minn għada s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, se terġa’ tibda tagħti aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19. Ix-xandira diretta se tibda ssir kull nhar ta’ Ġimgħa fin-12.30pm u se tixxandar fuq…

Aktar