Milied
Jaqbżu l-baħar b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund

Aktar ma joqrob il-Milied, aktar jirrankaw l-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi għall-għaqdiet tal-karità . . . fosthom il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund, li hija l-benefiċċarja tal-attività Santa Swim, li issa daħlet fl-għaxar sena tagħha.

Il-Ħadd filgħodu, grupp ta’ nies qabżu l-baħar għal dan l-għan nobbli. Uħud qabżu u wara li ħadu dexgħa telgħu jiġru fuq l-art ftit tas-sekondi wara u oħrajn kienu aktar kuraġġużi u għażlu li jgħumu madwar il-port.

Din l-attività fil-lukanda Excelsior laqqgħet ex players tal-waterpolo u oħrajn attwali li lagħbu logħba waterpolo. Il-President George Vella u s-Sinjura Vella segwew din l-attività u taw kuraġġ lil dawk li kienu lesti li jaqbżu fil-baħar.

Il-Banda tas-Soċjetà Filarmonika Vilhena tal-Floriana animat din l-attività b’siltiet tal-Milied.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Inqas minn xahar bogħod mill-Karnival, karru satiriku qajjem kontroversja. L-awtoritajiet iridu li l-karristi jbiddluh biex ma jkunx offensiv waqt li l-karristi qed jiddefendu l-idea tal-karru u jgħidu li ma ġietx…

Trasport

Minn nhar is-Sibt it-traġitti bil-passiġġieri bejn Malta u Kemmuna ser jibdew isiru minn Kooperativa Comino Ferries li fiha seba’ operaturi. Il-koperattiva kienet l-uniku operatur li għamel l-offerta wara sejħa pubblika…

Lokali

Persuni b’mard kroniku jew diżabilità qed iħossuhom diskriminati li kumpaniji tal-assikurazzjoni mhux qed iħalluhom jixtru polza ta’ assikurazzjoni fuq ħajjithom li mingħajrha ma jistgħux jieħdu self mill-bank jew possibilment jibdew…

Lokali

Il-missjoni tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku, bħala organu mwaqqaf mill-Kostituzzjoni, hi li tassigura li l-ingaġġ ta’ ħaddiema maċ-ċivil ikun effiċjenti u bbażat fuq il-mertu. Il-Kummissjoni tieħu ħsieb ukoll il-proċeduri dixxiplinarji fil-konfront tal-ħaddiema…

Aktar