COVID-19
Jaqbżu n-nofs miljun l-imwiet bil-Covid-19 fid-dinja

Skont is-sit Johns Hopkins l-ammont ta’ nies li mietu bil-Covid-19 fid-dinja minn mindu faqqgħet l-imxija qabżu n-nofs miljun ruħ. L-ammont ta’ nies li ġew infettati bil-coronavirus qabeż l-10 miljun filwaqt li dawk li rkupraw qabżu l-ħames miljuni u mitt elf.

Fl-Istati Uniti, l-infezzjonijiet ġodda bil-Covid-19 żdiedu ġmielhom. Il-gvernatur ta’ Texas qal li l-virus qed jinfirex b’mod mgħaġġel u perikoluż.

Min-naħa l-oħra, l-istat ta’ New York fejn fil-bidu kien l-agħar stat milqut mill-pandemija, is-sitwazzjoni hija bil-bosta aħjar. Fl-aħħar sigħat mietu biss ħames persuni bil-Covid-19.

Fiċ-Ċina, fil-provinċja ta’ Hebei iżjed minn 400,000 ruħ jinsabu taħt lockdown strett jekk kif reġa kien hemm żieda fl-għadd ta’ każi filwaqt li anki fl-Awstralja kien hemm żieda fl-għadd ta’ każi ta’ Covid, partikolarment f’Victoria fejn kienu rreġistrati 75 każ ġdid.

Ara wkoll:

Jaqbżu ż-żewġ miljun u nofs in-nies bil-COVID-19 fl-Istati Uniti