COVID-19
Jaqbżu t-12-il miljun il-każijiet ta’ coronavirus fid-dinja

Qabżu t-12-il miljun il-każijiet madwar id-dinja ta’ coronavirus li minnhom irkupraw 6,587,439. Ġew irreġistrati wkoll 549,508 mewt globalment mill-Covid-19.

Tokyo l-Ġappun, irreġistra rekord ta’ 224 ta’ infezzjonijiet ġodda li huwa ogħla mir-rekord ta’ infezzjonijiet rekord li kien irreġistra fis-17 ta’ April. L-infezzjonijiet ġodda kienu għoljin f’dawn l-aħħar sebat ijiem iżda uffiċjali qalu li mhux neċessarju stat ġdid ta’ emerġenza.

Fl-Indja li għandha t-tielet l-ogħla ammont ta’ infezzjonijiet bil-coronavirus, wara l-Istati Uniti u l-Brażil, il-każijiet il-ġodda għadhom qed jiżdiedu b’rata mgħaġġla iżda l-imwiet mhux daqshekk. S’issa fl-Indja ġew irreġistrati ftit aktar minn 20,000 mewt bil-Covid-19.

L-Istati Uniti rreġistraw rekord ieħor ta’ infezzjonijiet ġodda. Skont Reuters fl-aħħar 24 siegħa kienu kkonfermati aktar minn 60,000 każ ġdid. Il-President Donald Trump qal li dawn il-każijiet huma riflessjoni tat-testing li qed isir filwaqt li r-rata ta’ imwiet li hija inqas minn meta l-pandemija kienet fl-aqwa tagħha f’nofs April, tirrifletti kif il-pajjiż qed jimmaniġja s-sitwazzjoni. Għat-tieni ġurnata infila l-ammont ta’ persuni li mietu bil-Covid-19 fl-Istati Unit, kien ta’ aktar minn 900. Il-medja ta’ sebat ijietm, ta’ imwiet kuljum hija ta’ 585 – ħafna inqas minn 2,255 kif kienet f’April.

Għat-tieni lejl konsekuttiv, dimostranti fil-kapitali tas-Serbja, Belgrade, ġew fl-inkwiet mal-pulizija. Id-dimostranti bdew jipprotestaw it-Tlieta wara li t-Tnejn tħabret curfew għal tmiem il-ġimgħa mill-Ġimgħa filgħaxija sat-Tnejn filgħodu. Iżda l-protesti spiċċaw vjolenti u matulhom indarbu 10 uffiċjali tal-pulizija. Deċiżjoni dwar jekk il-curfew hix se tiġi mplimentata jew le minn għada, mistennija tingħata aktar tard illum.

Sadattamt, mal-ħames miljun ruħ f’Melbourne huma projbiti milli joħorġu minn djarhom għal sitt ġimgħat. Huma jistgħu joħoġru biss għal raġunijiet essenzjali li huma biex jistudjaw jew biex jaħdmu jekk ma jistgħux jagħmlu dan mid-dar; biex jagħmlu eżerċizzju fiżiku, biex jixtru prodotti essenzjali u biex jirċievu għajnuna medika. Reġgħu ingħalqu l-gyms, il-pixxini, il-ħwienet tas-sbuħija u s-swali taċ-ċinema fost postijiet oħrajn. Ristoranti u kafetteriji għalqu wkoll iżda jistgħu joffru s-servizz ta’ takeaway.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Wieħed mill-persuni li nstabu pożittivi fl-aħħar sigħat huwa gwardjan tal-ħabs. Kelliem għall-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qal lil TVM li waqt il-proċess ta’ contact tracing il-ħaddiem sostna li kien mar l-isptar…

COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa 23 persuna f’Malta rriżultaw pożittivi għall-Covid-19, wara li ġew ittestjati 1,618 swab. Ġew iddikjarati wkoll erba’ persuni oħra mfejqa, biex issa l-każijiet attivi huma ta’ 415. L-awtoritajiet…

Ambjent

Fl-aħħar ġimgħat bla preċedent id-dinja tax-xogħol b’mod speċjali ntlaqtet ġmielu bħal sajjetta fil-bnazzi. Għal uħud, kollox baqa’ miexi ħarir. Ħaddieħor, spiċċa jaħdem mid-dar kif seta’ bil-għan li l-imxija tal-Covid-19 titrażżan…

COVID-19

L-awtoritajiet Franċiżi qed jordnaw li mil-lum il-maskra tibda tintlibes ukoll barra f’ħafna postijiet madwar Pariġi. L-ordni tapplika għal persuni li għandhom minn 11-il sena ‘l fuq f’iktar minn 100 triq…

Aktar