Barranin
Jaqbżu ż-żewġ miljun u nofs in-nies bil-COVID-19 fl-Istati Uniti

Fl-Istati Uniti l-firxa tal-Covid-19 reġgħet splodiet bl-għadd ta’ nies infettati issa qabżu ż-żewġ miljun u nofs, bl-ikbar ammont ta’ każi qegħdin fi Florida u f’Texas.

Iż-żieda qawwija fil-każijiet fin-nofsinhar tal-Istati Uniti ġiet wara li n-negozji tħallew jerġgħu jiftħu fil-ġimgħat li għaddew. Is-Sibt li għadda Florida rrappurtat aktar minn 9,500 każ, żieda ta’ ħames mija f’erbgħa u għoxrin siegħa. Minħabba din iż-żieda qawwija uffiċjali kellhom jerġgħu jordnaw miżuri ta’ mitigazzjoni u jagħlqu n-negozji. Il-konsulent ewlieni tal-Gvern fuq il-Covid-19 Dr Anthony Fauci qal li l-pajjiż għandu problema serja hekk kif il-ġimgħa li għaddiet fl-Istati Uniti biss mietu mal-125,000 ruħ.

Fi Florida l-ilbies tal-maskra reġa’ sar obbligatorju. Dr Fauci jammetti li f’ċerti reġjuni l-irtirar tal-miżuri sar wisq kmieni.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa ma ħareġ l-ebda każ ġdid ta’ coronavirus f’Malta bil-każijiet attivi issa jinżlu għal 5 hekk kif fiequ 2 persuni oħra. B’kollox f’Malta u…

Barranin

Għall-ewwel darba minn meta faqqgħet il-pandemija, il-President Amerikan Donald Trump libes il-maskra fil-pubbliku. Huwa għamel dan meta żar l-isptar militari Walter Reed lil hinn minn Washington fejn iltaqa’ ma’ suldati…

Barranin

Ħames persuni inqatlu f’attakk fi knisja fl-Afrika ta’ Isfel, li x’aktarx seħħ waqt argument dwar it-tmexxija tagħha. Il-pulizija qalu li salvaw irġiel, nisa u tfal minn sitwazzjoni ta’ ostaġġ fil-periferija…

Barranin

Ir-reġjuni fit-Tramuntana ta’ Spanja – dak Bask u r-reġjun ta’ Galicia qed jaffaċċjaw imxija ġdida ta’ coronavirus waqt li l-votanti għada mistennija jivvutaw fl-ewwel elezzjonijiet reġjonali mindu bdiet il-COVID-19 f’Marzu…

Aktar