Kurżitajiet
Jaqgħu mis-siġar u jmutu bin-nixfa estrema

Jekk fl-Istati Uniti l-igwani qed jiffriżaw, fl-Awstralja qed jiġri l-oppost. Aktar minn 400 farfett il-lejl miet bin-nixfa wara li t-temperatura laħqet il-47 grad Celcius.

L-Awstralja ftit tal-jiem ilu esperjenzat l-aktar ġurnata sħuna f’79 sena fejn it-temperatura telgħet saħansitra sa 47.3 grad celsius u din qed taffettwa mhux biss lin-nies iżda anke lill-annimali.

Dawn il-friefet il-lejl magħrufin ukoll bħala flying foxes ma felħux aktar għas-sħana kiefra li laqtet Campbelltown f’Sydney.

L-ambjentalisti qed jaħdmu qatigħ biex jipprovaw isalvaw dawk il-ftit li baqgħu ħajjin. Dawn ittieħdu f’postijiet aktar friski fejn qed jiġu misqija bl-ilma. Mhumiex biss il-friefet il-lejl li qed ibatu bin-nixfa. L-ambjentalisti qalu li qed jdewwu wkoll annimali oħra li qed isibuha diffiċli jfendu għal rashom fl-isħana estrema li qed tolqot il-pajjiż.

L-ambjentalisti saħqu wkoll li t-telfa ta’ 400 farfett-il lejl hija ħasra kbira l-għaliex dan l-annimal partikolari huwa meqjus bħala ħlejqa importanti għall-ekosistema Awstraljana billi l-presenza tiegħu tgħin fir-riġenerazzjoni tal-foresti.

Ara wkoll:

Jaqgħu mis-siġar iffriżati bil-kesħa

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fiċ-Ċina, ħames xadini ġew ġenetikament modifikati biex ma jorqdu qatt. L-esperiment sar bit-tir li jiġi studjat il-fenomenu li xi wħud xi drabi jesperjenzaw – dik li ma jkunux jistgħu jorqdu…

Kurżitajiet

Anzjana ta’ 85 sena u anzjan ta’ 82 sena iżżewġu wara li kienu ilhom flimkien 54 sena.  Ir-raġel ilu jbati 18-il sena mill-marda tal-Parkinson u issa sab ruħu fuq siġġu…

Kurżitajiet

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum jagħlaq 45 sena.  Jidher li għal Dr Muscat kienet ġurnata normali ta’ xogħol, iżda li matulha xorta ċċelebra għeluq sninu. Ritratt li ttella’ mid-Deputat Prim…

Kurżitajiet

Qatt tħajjart tmur għand xi ħadd biex jaqralek ix-xorti? Min jaqra x-xorti huwa mmanipulat mix-xitan? F’Malta hawn kultura tal-okkult?  Glen Falzon stħarreġ dwar dan u tkellem ma’ xi ħadd li…

Aktar