Barranin
ARA: Waqqaf it-titjiriet wara li saq għal fuq ir-runway f’Lyon

It-titjiriet mill-ajruport ta’ Lyon, fi Franza, jinsabu wieqfa sas-6.00 tal-lejla, hekk kif raġel li kien qed jiġi segwit mill-Pulizija saq għal fuq ir-runway.

Fil-filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali l-karozza tidher qed tinstaq b’veloċità qawwija għal fuq ir-runway, fejn f’mument minnhom tkun ukoll se tinqaleb.

Il-karozza tidher taħbat ma’ xi oġġetti qabel ma tieqaf, bis-sewwieq joħroġ minnha u jipprova jaħrab bil-pass. Għadd kbir ta’ pulizija b’diversi vetturi jidhru jiġru warajh sakemm qabduh.

Lyon huwa r-raba l-iktar ajruport bieżel fi Franza, minn fejn jitilqu ħafna mit-titjiriet tal-EasyJet u l-Air France. It-titjiriet li diġà jinsbu fl-ajru fi triqthom lejn Lyon qed jintalbu jinżlu f’Geneva, Grenoble, Marseille jew Nice, filwaqt li dawk li kellhom jitilqu minn Lyon ġew ikkanċellati.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

The Beautiful Ones, memoir li beda jikteb il-kantant Prince iżda baqa’ ma spiċċahx se joħroġ f’Ottubru li ġej. Huwa laħaq kiteb 50 paġna. Dawn il-50 paġna se jiffurmaw il-memoir ta’…

Kurżitajiet

Hekk kif qed jiżdiedu l-interventi kożmetiċi mingħajr l-użu ta’ proċeduri kirurġiċi, qed jinħarġu bosta twissjijiet dwar min qed jirrikorri għall-fillers fix-xuftejn.  Dan qed jikkawża kumplikazzjonijiet, b’dawk milquta qed ikollhom imorru l-isptar…

Ambjent

Il-loqom tas-sigaretti huwa l-iktar tip ta’ skart li jispiċċa fil-baħar, u jittiekel mill-ħut u l-ħlejjaq marittimi, bil-konsegwenza li joqtolhom. Meta bħalissa qed tiżdied il-kuxjenza dwar l-iskart, b’mod partikolari dak li…

Aktar