Jaqleb għall-aħjar il-ġuvni li ntlaqat b’xabla waqt re-enactment fir-Rinella

Il-kundizzjoni tal-ġuvni ta’ 18-il sena minn Ħal Tarxien, li jumejn ilu ntlaqat minn xabla waqt re-enactment tal-ġlied bix-xwabel fil-Forti Rinella, qalbet għall-aħjar u m’għadux aktar f’qagħda kritika.

L-inċident seħħ it-Tlieta għall-ħabta tas-12.45 p.m. quddiem grupp ta’ persuni, fosthom numru ta’ turisti.

Dik li kellha tkun wirja tas-soltu ta’ ġlieda bix-xwabel, li ssir l-aktar għat-turisti fil-Forti Rinella mill-Fondazzjoni Wirt Artna, spiċċat ħesrem wara li wieħed mill-atturi – ġuvni ta’ 18-il – weġġa’ serjament u ddaħħal l-isptar fil-periklu tal-mewt.

Ara wkoll: L-inċident fir-Rinella: ix-xabla daħlet minn taħt il-pulmun u nifdet sax-xewka tad-dahar