Annimali
Jaqleb għall-aħjar il-kelb salvat minn skip fil-Marsa

Ftit tal-jiem ilu nstab Percy, il-kelb li nstab mormi fi skip qed jeqleb għall-aħjar.

Il-kelb, li m’għandux aktar minn sena u nofs, kien muġugħ u f’qagħda mwiegħra, b’ġerħa kbira f’siequ miftuħa sal-għadma. Il-ġerħa kienet tant gravi li sfortunatament il-veterinarji ma rnexxilhomx isalvawlu siequ, u kellha tinqata’.

Aktarx il-kelb kien ilu mormi għal xi jiem u kien tilef ħafna demm. Għalkemm ma kinitx faċli, il-kelb irnexxielu jirkupra. Bħalissa ngħata kenn temporanju sakemm ma tinstab familja li tilqgħu għandha.

Sadanitant qed tibqa’ ddur il-mistoqsija dwar min kien li abbanduna lil dan il-kelb b’metodu daqshekk krudili. Intant Alison Bezzina qed toffri għotja ta’ flus għal dawk li jafu min kien il-moħħ wara dan l-att krudili.

Min jixtieq jadotta lil Percy jista’ jikkuntattja lil Rescued is my Favorite Breed – Malta

Ara wkoll:

Kelb salvat minn skip fil-Marsa – xena li tkexkex