Edukazzjoni
Jaqra l-istejjer lit-tfal bil-kant u bir-reċtar

Il-qari huwa esperjenza li jagħti gost. Dan inħass fost mija u ħamsin student minn skejjel primarji tal-istat li t-Tnejn filgħodu kellhom l-opportunità jaraw dan mill-qrib f’attività organizzata mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.

Għidli storja hija waħda mill-inizjattivi li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu torganizza fl-iskejjel. Qabel ma waqfu għall-btajjel tal-Għid, 150 student minn skejjel primarji fl-iskejjel tal-Gvern kellhom l-opportunità li jisimgħu u jaraw lil Chip Colquhoun, li jaħdem ma’ Oxford Reading Tree u magħruf għall-arti ta’ kif jinqraw l-istejjer saħansitra bil-kant u bir-reċtar.

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu biex tkompli tagħti spinta lil qari qed tqassam eluf ta’ kotba, preċiżament 100 ktieb f’kull klassi, biex tkompli titrawwem il-kultura favur il-qari.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li l-futur tal-pajjiż jiddependi mix-xogħol li jsir fl-iskejjel. Spjega li l-litteriżmu mhuwiex biss tal-kotba, imma wkoll dak diġitali. Sostna li fil-pajjiż għandna sfidi kbar biex insaħħu t-tħaddim tal-Ingliż u tal-Malti. Il-Ministru Bartolo enfasizza li jekk it-tfal ma jkunux jafu tajjeb bl-Ingliż ikollhom problema bil-litteriżmu diġitali. Qal li hemm bżonn tissaħħaħ il-preżenza tal-Malti fid-dinja diġitali u tissaħħaħ ukoll il-preżenza tal-Malti fil-Wikipedia.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern qed jaħdem biex jinħolqu programmi biex il-lingwa Maltija tibqa’ ħajja anke fid-dinja diġitali. Qal li l-Gvern qed jinvesti kemm fl-infrastruttura u anke fl-istudenti biex jara li dawn ma jintilfux mat-triq. Sostna li saru progressi kbar imma għad fadal triq twila biex ikompli jiżdied il-litteriżmu.

Dr Muscat qal li fost l-inizjattivi li ħa l-Gvern hemm dik li neħħa l-miżata li kienet tintalab biex studenti japplikaw għall-eżamijiet tal-MATSEC u ta’ kull sena jkunu offruti lezzjonijiet għall-istudenti li ma jgħaddux minn uħud mill-eżamijiet tal-MATSEC.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-familji residenti fil-bini li ġġarraf il-lejl li għadda fi Gwardamanġa u l-ġirien tagħhom jinsabu ttrawmattizzati, li minħabba dak li ġara spiċċaw b’ta’ fuqhom senduqhom. Huma esprimew rabja kbira għaliex qalu…

Trasport

Fil-ġimgħat li ġejjin se jibdew xogħlijiet fil-venda tal-karozzi tal-linja fil-foss ta’ San Ġakbu għal titjib fil-faċilitajiet għal passiġġieri. Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li dan l-proġett ser jiswa €400,000 u…

Lokali

Il-membri ġodda li ġew eletti fil-kunsill tal-Kamra tal-Kummerċ kellhom laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja. Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Perit David Xuereb, qal li l-Kamra tal-Kummerċ se tkompli taħdem fl-interess tan-negozju….

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li huwa ironiku li Dr Simon Busuttil u Dr Jason Azzopardi ffirmaw rikors biex il-Qorti twaqqaf il-ħatriet tat-tliet Imħallfin u tliet Maġistrati. Illum, fil-Palazz tal-President,…

Aktar