Kurżitajiet
Jaqtgħu 20ċm minn xagħarhom biex jagħtu tama lil ħaddieħor

Grupp ta’ impjegati nisa tal-Bank of Valletta u membri tal-familja tagħhom  qatgħu 20 ċentimetru minn xagħarhom f’maratona ta’ qtugħ tax-xagħar li saret fil-jiem li għaddew.

Xagħarhom se jingħata lill-Malta Community Chest Fund Foundation biex isiru parrokki ta’ xagħar uman.  Wara l-MCCFF tqassam il-parrokki lill-persuni li jkunu qed jirċievu trattament għall-kanċer u kundizzjonijiet mediċi oħra.

Fi stqarrija, il-BOV qal li kienet sfida biex l-impjegati nisa jaqtgħu xagħarhom, iżda bl-għajnuna tal-istilisti tax-xagħar ta’ Dean Gera Salons irnexxielhom jikkonvinċu ruħhom biex jagħmlu dan il-ġest altruwista.

L-għan tal-inizjattiva mill-BOV huwa li l-impjegati li qatgħu xagħarhom jagħtu tama, kuraġġ u kunfidenza lil nisa li qed jiġġieldu l-marda kanċer.

Iktar tagħrif dwar din l-inizjattiva tista’ tiksbu mis-sit elettroniku tal-Malta Community Chest Fund Foundation – www.mccff.org.mt/en/services/wigs

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

6 kantanti Maltin minn La Voix Studios kisbu unuri kbar meta ġew fl-ewwel post f’diversi kompetizzjonijiet fil-Polonja. Ilbieraħ Beppe Camenzuli Kerr, Valentina Muscat Vassallo, Giuseppe Saliba, Rihanna Caruana, Elamay Mifsud…

Partit Laburista

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jitlob inkjesta bil-Maġistrat fuq l-allegazzjonijiet li saru dwaru, li qed jimplikaw li hemm firem foloz tiegħu sabiex ikun…

Kronaka

Mara ta’ 59 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija. Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta…

Lokali

2 persuni ġew arrestati wara li ntlemħu jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza fil-Gżira. Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1.55am, il-Pulizija ġiet infurmata li żewġ persuni kienu qed jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza…

Aktar