Barranin
Jarrestaw il-Kaptan tas-Sea Watch 3 fil-port ta’ Lampedusa

Carola Rackete, il-Kaptan tas-Sea Watch 3, ġiet arrestata fil-port ta’ Lampedusa.

Abbord il-bastiment kien hemm mat-53 immigrant li kienu ilhom ġimagħtejn jistennew biex jidħlu fl-aktar port sigur.

Il-Ministru tal-Intern, Matteo Salvini rrifjuta li jdaħħal il-bastiment f’port Taljan wara li qal li, l-operazzjoni kollha kienet illegali filwaqt li kellhom ikunu l-Ġermanja jew l-Olanda li jilqgħu l-immigranti la l-Kaptan hija ta’ nazzjonalità Ġermaniża u l-bastiment itajjar bandiera Olandiża.

Il-Kaptan iddeċidiet li tidħol fil-port mingħajr permess wara battibekki li damu ġimagħtejn. Hija qalet fi stqarrija li ħajjet il-persuni m’għandhom qatt jintużaw bħala ballun politiku.

Waqt is-Summit tal-G20, il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte, qal li bosta pajjiżi Ewropej ftehemu li se jilqgħu bejniethom l-immigranti abbord is-Sea Watch 3.

Intant, għadu mhux magħruf kif l-awtoritajiet Taljani se jimxu mal-immigranti sakemm dawn jiġu rilokati f’pajjiżi oħra Ewropej mentri l-Kaptan Rackete jaf tlaqqat 10 snin priġunerija.

Ara wkoll:

Qal li jkun kuntent meta l-bastiment jiġi ssekwestrat u l-ekwipaġġ arrestat

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tarbija f’Beirut kienet waslet biex titwieled meta seħħet l-ewwel splużjoni ta’ jumejn ilu, li farrket il-ħġieġ tas-sala tal-isptar. Il-mument inqabad minn missier it-tarbija, li dak il-ħin inzerta qed jiġbed filmat…

Barranin

It-tieni jum wara l-isplużjoni li heżżet il-kapitali Lebaniża, Beirut, fost sens qawwi ta’ xokk u rabja l-poplu kompla jnaddaf il-ħerba li sab ruħu fiha. S’issa mal-160 persuna kienu kkonfermati mejta…

Storja

Ħamsa u sebgħin sena ilu bħal-lum, id-dinja nħasdet. It-Tieni Gwerra Dinjija kienet għadha sejra fil-Paċifiku meta l-Istati Uniti tefgħet bomba atomica fuq Hiroshima u tliet ijiem wara fuq Nagasaki. L-effett…

COVID-19

Franza, Spanja u l-Greċja kien fost il-pajjiżi Ewropej li rreġistraw żidiet rekord tal-każijiet ġodda ta’ coronavirus u nisslu biża’ li din tista’ tkun it-tieni mewġa tal-pandemija fl-eqqel tal-btajjel tas-sajf. F’24…

Aktar