Lokali
ARA: Jarrestawh wara li spara minn fuq il-bejt waqt argument mal-ġirien f’Ħal Għaxaq

Il-Pulizija arrestat raġel ta’ 42 sena minn Ħal Għaxaq li spara tiri b’senter minn fuq il-bejt tad-dar tiegħu wara li allegatament kellu argument mal-ġirien.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar fi Sqaq numru 4, li jinsab fi Triq Santa Marija, biswit il-Knisja ta’ Ħal Għaxaq. Hu mifhum li ħadd ma weġġa’.

tvm.com.mt infurmat li r-raġel kellu xi jgħid ma’ żewġ ġirien li qed jagħmlu xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fid-dar. Waqt l-argument huwa tela’ fuq il-bejt tad-dar tiegħu u beda jispara b’senter tal-kaċċa.

Fil-filmat jidher ir-raġel jinħareġ taħt arrest, kif ukoll il-Pulizija ħerġin mir-residenza bis-senter.

Preżenti wkoll fuq il-post kien hemm omm ir-raġel, li kellha xokk fuqha u dehret emozzjonata, filwaqt li ppruvat tgħannaq lil binha.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Andre Bugeja ta’ 19-il sena u Massimo Fasanelli ta’ 18-il sena, it-tnejn minn Tas-Sliema, baqgħu miżmuma arrestati wara li tressqu l-Qorti mixlija li fil-lejl bejn it-8 u d-9 ta’ Settembru…

Lokali

Il-Kunsill Malti għall-Arti ppubblika l-applikazzjonijiet u r-regolamenti għal dawk li jixtiequ jipparteċipaw f’kompetizzjoni tal-presepji. Il-kompetizzjoni se tkun imqassma f’sitt sezzjonijiet, li jinkludu presepji mekkanizzati u dawk statiċi ta’ daqsijiet differenti….

Lokali

Tħabbar il-programm ta’ attivitajiet għall-kampanja internazzjonali dwar il-vjolenza kontra n-nisa, li se ddum għaddejja sittax-il ġurnata, mill-24 ta’ Novembru sal-10 ta’ Diċembru. Il-Kummissarju kontra l-Vjolenza Domestika, Joe Gerada, qal li…

Lokali

Ftit ġimgħat wara l-ftuħ tal-uffiċini ta’ Business First fl-Imrieħel, tnedew korsijiet ta’ taħriġ għall-imprendituri żgħar u kbar maħsuba biex dejjem jaġġornaw ruħhom aktar mal-opportunitajiet li jistgħu jisfruttaw biex ikomplu jiżviluppaw…

Aktar