Barranin
Jasal f’Beijing wara stedina mill-President Ċiniż Xi Jinping

Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un wasal f’Beijing wara stedina mill-President Ċiniż Xi Jinping.

Skont il-mezzi tax-xandir tal-istat, Kim ser idum iċ-Ċina sal-10 ta’ Jannar flimkien ma’ martu Ri Sol-ju. Iż-żjara qed isir fi sfond ta’ rapporti dwar tħejjijiet li għaddejin bħalissa għat-tieni summit bejn il-mexxej Kim u l-President tal-Istati Uniti Donald Trump.

Iż-żjara ta’ Kim qed isir taħt sigurtà stretta b’vetturi u uffiċjali għalqu toroq madwar l-istazzjon tal-ferrovija fil-belt tal-fruntiera ta’ Dandong. Il-ferrovija li ntużat biex twassal lil Kim fiċ-Ċina hija l-istess waħda li ntużat għall-ewwel żjara tiegħu fiċ-Ċina u simili għal dik li uża missieru Kim Jong-il waqt żjarat lejn iċ-Ċina u r-Russja fl-2011.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fi Spanja, tkompli titqanqal tanqtlet diskussjoni kbira dwar il-liġijiet kontra l-vjolenza domestika wara li raġel ta’ 50 sena qatel lill-martu u waqt li ħareġ bil-parole qatel ukoll lill-avukata tiegħu li…

Barranin

Fil-Polonja, eluf ta’ nies attendew il-funeral tas-Sindku ta’ Gdansk Pawel Adamovicz li nhar il-Ħadd inqatel b’daqqiet ta’ sikkina waqt li kien qed jieħu sehem f’attività ta’ karità biex jinġabru l-fondi…

Barranin

Waħda min-nisa li weġġgħu fl-inċident li kien involut fih id-Duka ta’ Edinburgh, il-Prinċep Philip qalet li minn dejjem xtaqet tiltaqa’ ma’ xi ħadd mill-Familja Rjali. X’aktarx imma qatt ma bassret…

Annimali

Il-kelb li ddomina l-mezzi soċjali Boo miet fl-età ta’ 12-il sena. Is-sidien tiegħu qalu li wara li miet il-kelb Buddy fl-2017, Boo beda jkollu problemi f’qalbu. L-amministraturi tal-paġna tal-kelb fuq…

Aktar