Avjazzjoni
AĠĠORNAT: Jasal f’Malta għat-tiswija l-iktar Airbus A350 modern ta’ Lufthansa

Il-Lutfhansa Technik Malta bdiet kapitlu gdida fl-istorja taghha hekk kif dahal fil-hanger taghha l-ajruplan Airbus A350 – l-akbar ajruplan tat-tip Airbus li qatt daħal fil-hangar tal-kumpanija wara li din investiet u kisbet iċ-ċertifikazzjoni mill-awtoritajiet tal-avvjazzjoni biex tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fuq dan it-tip ta’ ajruplan.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kumpanija, Marcus Mostchenbacer, qal li l-wasla ta’ dan l-ajurplan tawgura l-futur sabiħ tal-kumpanija f’Malta.

L-Airbus A350 meqjus bħala xempju tal-Inġinerija moderna Ewropea wasal għall-ewwel darba fil-hangar ta’ Lufthansa Technik Malta għal manutenzjoni regolari. B’madwar 350 ajruplan ta’ dan it-tip operat mil-linji tal-ajru ewlenin, il-Lufthansa Technik daħlet f’niċċa biex tipprovdi s-servizzi tagħha fil-manutenzjoni ta’ dawn l-ajruplani kbar.

F’konferenza tal-aħbarijiet taħt il-ġwienaħ massiċċi tal-ajruplan, Marcus Mostchenbacer esprima s-sodisfazzjon li bil-wasla tal-ajruplan tnaqqax tragward ieħor fl-istorja tal-kumpanija lokali. Is-Sur Mostchenbacer qal li d-deċiżjoni sabiex il-kumpanija tkun fdata b’xogħol maġġuri fuq dawn l-ajruplani jawgura futur sabiħ ghal Lufthansa Technik Malta. Qal li dan ser iżid ix-xogħol u l-kumpanija investiet fost oħrajn fit-taħriġ tal-ħaddiema. Stqarr li dan sar bis-saħħa tal-Lufthansa Technik u anke tal-Gvern Malti, li kontinwament joffri l-appoġġ tiegħu.

Kelliem għal-Lufthansa Deutsche Lufthansa rringrazzja lill-gvern, partijiet interessati u l-ħaddiema tal-ħidma tul dawn l-aħħar sittax il-sena. “On behalf of the support team we wanted to say thank you, thank you, for 16 years”

Għall-inawgurazzjoni ta’ dan is-servizz ġdid tal-Lufthansa Technik kienu mistiedna l-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri, il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli u l-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici, li kollha saħqu fuq l-importanza tas-settur tal-avjazzjoni għall-ekonomija Maltija.

Il-Ministru tat-Turiżmu, Julia Farrugia Portelli, qalet li s-settur tal-avjazzjoni huwa fattur determinanti għas-suċċess tat-Turiżmu. Qalet ukoll li fiż-żmien li ġej se jitħabbar masterplan għall-avjazzjoni, sabiex is-settur ikun aktar pjanat u organizzat, u fl-istess waqt tiġi żgurata s-sostenibbiltà, l-effiċjenza u l-produttività.

Il-Ministru Schembri qal li se jara li jkun hemm aktar sinerġiji bejn l-Air Malta u l-Lufthansa Technik. Il-Ministru Schembri qal li l-Lufthansa tista’ tkun mudell ta’ kif l-Air Malta tikber.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Bonnici qal li l-avjazzjoni tiggarantixxi karriera eċitanti. Semma kif l-MCAST u Lufthansa Technik Malta ħadmu flimkien sabiex jipprovdu taħriġ u xogħol lil 500 student.

Ara wkoll:

Lufthansa Technik Malta b’manutenzjoni tal-aktar ajruplani moderni

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Il-Karnival iferraħ lil ħafna nies, minn tfal sa kbar, b’nies bħal Ġeorge Żahra li ilu nvolut fil-Karnival għal nofs seklu. Iħossu qisu tifel meta jasal Frar u jibda r-Renju tal-bluha….

Riċerka

L-użu tal-Malti u l-Ingliż ser jiġi analizzat permezz ta’ serje ta’ seminars organizzati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Malti taħt il-patriċinju tal-President George Vella. Thomas Pace, id-direttur tal-Kunsill Nazzjonali tal-Malti qal li l-istudju…

Stejjer Umani

F’Dar Frate Jacoba f’Marsaskala, sibna żewġt itfal qed jiġu mgħallma s-sengħa tar-raħħala, b’nagħġa għadha twelled u qed tisqi lill-frieħ tagħha. Fr Ray Scicluna li ilu jmexxi d-dar qalilna li t-tmint…

Aktar