Lokali
Jasal Malta l-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel

Wasal Malta l-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel fuq żjara statali.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Evarist Bartolo laqa’ lil Michel mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela, Michel seta’ jsegwi mill-qrib il-ħidma strateġika u ta’ sorveljanza li twettaq l-Forzi Armati ta’ Malta fuq il-kosta Maltija.

Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel iżur l-Air Wing tal-Forzi Armati ta' Malta

Flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela, il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel seta' jsegwi mill-qrib il-ħidma strateġika u ta’ sorveljanza li twettaq l-Forzi Armati ta' Malta fuq il-kosta Maltija. Il-Prim Ministru spjega fid-dettall l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom is-suldati tagħna waqt operazzjonijiet ta' salvataġġ li jwettqu fil-baħar Mediterran.Charles MICHEL | Byron Camilleri

Gepostet von MaltaGov am Mittwoch, 16. September 2020

Waqt żjara fuq wieħed mill-ħelikopters tal-Armata, il-Prim Ministru Abela spjega fid-dettall l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom is-suldati Maltin waqt operazzjonijiet ta’ salvataġġ li jwettqu fil-baħar Mediterran.

Mal-wasla tiegħu f'pajjiżna, il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel seta' jsegwi mill-qrib il-ħidma strateġika…

Gepostet von Robert Abela am Mittwoch, 16. September 2020

Aħbarijiet Oħra

L-Aġenzija li tmexxi l-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment issospendiet il-liċenzja lill-kumpanija BT International. Is-sidien tal-kumpanija hija Nexia BT, li d-diretturi tagħha kellhom l-assi friżati b’ordni tal-Qorti nhar it-Tnejn bħala parti minn investigazzjoni…

Issuktat fil-Qorti l-kawża li qed jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fejn qed jitlob li jitħassar il-kuntratt ta’ Vitals Global Health Care għat-tmexxija ta’ tliet sptarijiet pubbliċi. Fi tmiem is-seduta, Dr…

Taljan ta’ 50 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi f’inċident fil-Gżira. Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq Dr Ġuże’ Miceli għall-ħabta tas-1.15pm. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn irriżulta…

Il-Gvern ħabbar li dalgħodu, grupp ta’ immigranti ġew rilokati minn Malta lejn Franza wara ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi maħsub biex inaqqas mill-piż tal-immigrazzjoni. TVM infurmat li l-grupp ta’ dalgħodu kien…

Aktar