Lokali
L-Orkestra Nazzjonali b’tour Ewropew – f’Malta se jibda nhar is-Sibt

Is-Sibt, l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se tiftaħ it-tour Ewropew tagħha f’Malta, b’kunċert f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi l-Belt. Il-Ħadd, l-Orkestra titlaq lejn il-Ġermanja u wara Vjenna fejn se tagħti kunċerti fl-aktar swali prestiġjużi fl-Ewropa.

Is-Surmast Sergey Smbatyan qal “It’s not just about the acoustic, the main importance for the musicians but also only the best orchestras perform in these venues, concert halls and I think it’s very special to perform in these concert halls.”

Is-Surmast Armen, Sergey Smbatyan qal li hu ta’ unur għalih li qed jaħdem mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u ma’ solisti ta’ fama internazzjonali, żewġ pjanisti u wieħed fuq il-vjola.

Ir-repertorju fil-kunċert tas-Sibt li ġej jinkludi x-xogħol romantiku ta’ Tchaikovsky is-Simfonija Numru 5 u żewġ xogħlijiet kontemporanji ta’ żewġ kompożituri Maltin, Piano Concerto, Travel Notebook ta’ Alexey Shor u Kewn ta’ Albert Garzia.

 

Ara wkoll:

Il-Malta World Music Festival għada f’Sant’Iermu

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali juri karozza tal-Pulizija tinħasel bil-konkos minn trakk tar-ready-mix. L-inċident seħħ fil-Marsa, direzzjoni lejn Raħal Ġdid, iżda f’dan l-istadju għadu mhux ċar meta u fi…

Politika

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca żvelat li sena ilu, fl-eqqel tad-dibattitu dwar l-emendi għal-liġi tal-IVF, hija għenet biex id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jikkonvinċi ruħu bl-argumenti tas-soċjetà ċivili kontra l-introduzzjoni tat-tqala…

Parlament

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal illi f’taħditiet mal-esperti tal-Moneyval fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa jemmen illi l-Gvern jasal biex jagħti riżultat tajjeb lil Malta fejn tidħol il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Huwa…

Aktar