COVID-19
Jaslu fin-Nepal 5,000 visor li ngħataw b’donazzjoni minn Malta

Illum 5,000 visor waslu fl-ajruport internazzjonali ta’ Kathmandu, min-Nepal, wara vjaġġ twil li beda minn Malta.

L-ambaxxatur nominat ta’ Malta għan-Nepal, Reuben Gauci, qal li l-visors ingħataw b’donazzjoni mill-kumpanija Maltija 2KR Designs Ltd, li fasslithom u ħadmithom.

Il-visors ġew mibgħuta minn Malta bl-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili, u għaddew mill-Awstrija, b’kollaborazzjon mal-mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni Ewropea.